Referenza: 988/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
PENELOPE LEE PRO ET NOE vs AGIUS JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FILJAZZJONI, AZZJONI TAL-MINURI GHAR-RICERKA TA` STAT DIVERS MINN DAK INDIKAT FIC-CERTIFIKAT TAT-TWELID - FILJAZZJONI, PUSSESS TA` STAT LEGITTIMU
Fil-Qosor
It-tifel ghandu dritt jitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtih l-att tat-twelid, u ebda limitazzjoni ohra ma timponielu l-ligi ghall-ezercizju ta' dik l-azzjoni ... L-unika limitazzjoni li tolqtu hija dik illi tolqtu meta huwa jkun jipposjedi stat konformi ma' l-att tat-twelid tieghu.

Din il-limitazzjoni hi dik stabbilita fl-Artikolu 81 tal-Kodici Civili. Hu ovvju li b'din id-disposizzjoni l-ligi tissubordina l-presunzjoni tal-paternita` ghall-presuppost ulterjuri li t-tifel huwa dikjarat bhala legittimu fl-att tat-twelid tieghu u ghandu pussess ta' stat li jaqbel ma' dan l-att.

Similment ghall-att tat-twelid il-pussess ta' stat jaghmel prova legali ta' l-istat ta' iben legittimu. Pero` dan ma ghandux ikun ta' xkiel ghal min irid jipprova mod iehor. Biex jissussisti l-pussess ta' stat dan irid jirrizulta minn gabra ta' fatti li fil-kumpless taghhom iservu biex jiddimostraw ir-relazzjoni bejn il-persuna li qed tressaq id-domanda u l-parentela li ghaliha jippretendi lijappartjeni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni