Reference: 1085/1988/2

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF REGINALD ET NOE vs ABELA GODWIN ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DEPOZITU, DOVERI TAD-DEPOZITARJU - KUNTRATT, KLAWSOLA TA` EZONERU - POLZA TA` KARIKU, FRAZI CLEAN BILL OF LADING - PRESKRIZZJONI, META T-TERMINU JAGHLAQ F`GURNATA LI MA TKUNX GURNATA TAX-XOGHOL - TALLY SHEET, VALUR PROBATORJU TA` - VETTURAL, ONERU TAL-PROVA DWAR RESPONSABILITA`
Summary
Meta l-ahhar gurnata ta` terminu preskrittiv tinzerta li mhix gurnata tax-xoghol allura t-terminu jaghlaq fl-ewwel gurnata tax-xoghol li jkun imiss u fil-hin li jaghlaq ir-Registru.

Meta l-polza tal-kariku tikkontjeni l-kliem "Clean on Board" dan jikkostitwixxi ammissjoni da parte tal-vetturli hu rceviha abbord fi stat tajjeb, fl-istess hin jimporta l-assunzjoni da parte tieghu ta' l-obbligazzjoni li jikkonsenja dik il-merkanzija fl-istess kondizzjoni fil-fini tal-vjagg.

Meta t-tally sheet ma tindika ebda dannu, il-vettural huwa skolpat minn nuqqas eventwali verifikat fil-merkanzija.

Meta l-kuntrattur portwali jircievi l-konsenja tal-merkanzija, huwa, f`dak il-mument isir depozitarju taghha u ghalhekk jassumi l-obbligi relattivi. Jinsab ritenut illi allavolja d-depozitarju jkun accetta li jzomm il-haga b'depozitu bil-patt li ma jkunx responsabbli ghall-hsara li jista' jigri fil-haga, id-depozitarju huwa tenut ghad-dolo u kolpa gravi.

Meta l-merkanzija tkun giet mghoddija lil burdnar imqabbad mill-importatur sabiex jikkonsenjahielu, huwa mehtieg, sabiexil-burdnar jigi misjub responsabbli ghal hsarat riskontrati fil-merkanzija, li l-importatur jipprovali l-merkanzija tkun giet konsenjata fi stat tajjeb lill-burdnar u li allura l-eventwali hsara tkunsaret waqt li l-merkanzija kienet taht il-kustodja tal-burdnar. Jekk l-importatur ma jaghmilx din il-prova, il-burdnar ma jkunx jista` jinstab responsabbli, anki jekk jibqa` kontumaci.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info