Reference: 927/1992/1

Judgement Details


Date
10/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
VELLA CARMELA vs CAUCHI MARIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
VITALIZJU, META R-RENDITA TITHALLAS BIL-PRESTAZZJONI TA` SERVIGI - VITALIZJU, RIMEDJU F`KAZ TA` INADEMPJENZA
Summary
L-Artikolu 1708 tal-Kodici Civili jipprovdi li "In-nuqqas biss tal-hlas ta' l-annati maghluqa ma jaghtix lil dak li favur tieghu jkun gie kkostitwit il-vitalizju l-jedd li jitlob ir-radd tal-kapital,jew li jerga' jidhol fil-pussess tal-haga li tkun giet ittrasferita: hu m'ghandux hlief il-jedd lijitlob il-hlas tar-renta maghluqa, u garanzija ghall-hlasijiet li jaghilqu 'l quddiem."

Din hija eccezzjoni ghar-regola generali tal-patt kommissorju kontenuta fl-artikoli 1068 u 1069 tal-Kodici Civili.

Hawnhekk, l-attrici kienet ittrasferiet flimkien ma zewgha immobbli lill-konvenutiu bhala konsiderazzjoni ghall-istess il-konvenuti in solidum holqu favur l-attrici u zewgha renditavitalizja ta' elf lira fis-sena ghal tul hajjithom sakemm imut is-superstiti. Il-kuntratt kien ighidilli din ir-rendita tithallas fil-forma ta' servigi illi t-tliet konvenuti flimkien kellhom jirrendu lill-attrici u zewgha.

Il-konvenuti naqsu milli jaghtu s-servigi u l-attrici ipprocediet ghall-hall tal-kuntratt minhabba inadempjenza. Il-Qorti cahdet it-talba fuq il-bazi ta` l-artikolu 1078. Ir-rimedju disponibbli lill-attrici kien li titlob l-ezekuzzjoni tal-kuntratt. Proprjament, is-sitwazzjoni giet ikkomplikata ulterjorment mill-fatt li l-attrici mietet fil-mori tal-kawza u ghalhekk ma setghux jinghataw servigi. Il-Qorti ikkonkludiet li peress li l-partijiet kienu stipulaw fil-kuntratt stess illi s-servigi kienu jiswew elf lira (Lm1,000) fis-sena, it-tliet konvenuti setghu jaghmlu tajjeb ghan-nuqqas taghhom billi jhallsu fi flus lill-assi ereditarju ta' l-attrici daqskemm jiswew is-servigi li ma tawhiex matul hajjitha.

Il-jedd li kellha l-attrici kien li titlob danil-hlas, u mhux li titlob li jinhall il-kuntratt u li tiehu lura l-haga li kienet inghatat biex inholoq il-vitalizju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info