Reference: 2657/1999/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BONELLO JOSEPHINE PRO ET NOE vs BONELLO JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROCEDURI CIVILI, FORMALIZMU EZAGERT - PROCEDURI CIVILI, PERMISSIVIZMU INGUSTIFIKAT - SENTENZA, AB OMISSA DECISIONE - SENTENZA, DISPOSITTIV TA` - SENTENZA, MOTIVAZZJONI TA`
Summary
Fejn qorti ta' l-ewwel grad thalli barra fid-decizjoni wahda mit-talbiet ma hemmx dritt ta' appell.

Pero' fi zmien hmistax (15) il-jum mill-gudikat kull wahda mill-partijiet b'rikors tista' titlob lill-qorti li tkun hekk iddecidiet biex taqta' dik it-talba;

Talba bhal din tista' wkollissir f'kull zmien bil-mezz ta' citazzjoni.

Kif jidher mill-kliem espress ta' din id-disposizzjoni l-ligi qed tippresupponi illi l-Qorti bi zvista naqset li tippronunzja ruhha fuq xi wahda mit-talbiet. Naturalment qed tippresupponi wkoll, u dan bhala rekwizit ovvju, ghall-applikazzjoni ta' dan ir-rimedju, illi "d-domanda mhux maqtugha kienet wahda mid-domandi migjuba fic-citazzjoni".

Inoltre biex wiehed jaghti l-aspetti guridici kollha tal-artikolu in diskussjoni fejn tithalla barra eccezzjoni l-parti ma tistax tinqeda b'dan ir-rimedju, ghax l-eccezzjoni mhiex talba.

L-astensjoni tal-Qorti milli tiehu konjizzjoni ta` talba mhiex sinonima ghat-thollija barra tat-talba.Anzi tissodisfa l-vot ta' l-Artikolu 219 tal-Kap 12 li jghid u jrid li "kull dikjarazzjoni li l-qorti trid li tkun deciziva jew obbligatorja, ghandha tigi mdahhla fid-dispozittiv."

Ma jistax jinghad li tkun inghatat sentenza ab omissa decisione f`kazijiet fejn il-Qorti tkun astjeniet milli tiehu konjizzjoni ta` talba minhabba raguni mfissra fil-motivazzjoni tas-sentenza.

Del resto kif pacifikament stabbilit "l-volonta tal-gudikant tista' tittiehed anki mill-konsiderandi tas-sentenza, u li d-dispozittiv ma ghandux jittiehed separatament mill-motivazzjoni, izda ghandu jigi minn din definit u spjegat"

Id-decizjoni qeghda fid-dispozittiv tas-sentenza u mhux fil-motivazzjoni. Ghalhekk min jippretendi illi l-gudikant ma rragunax fuq xi wiehed mill-motivi allegati in sostenn tad-domanda ma jistax ifittex ir-rimedju fil-procedura stabbilita mil-ligi ghall-kazijiet fejn ikun hemm 'omessa decisione'.

Waqt li l-formalizmu eccessiv ghandu jigi evitat m'ghandux lanqaspero' jidhol jew jigi inkoraggiet permessivizmu ingustifikat.

Il-Qrati jridu japplikaw u jinterpretaw il-ligijiet tal-pajjiz kif promulgati mill-Parlament u ma ghandhom l-ebda diskrezzjoni la li jaddotawhom b'mod approssimattiv skond li jidhrilhom li hu gust u ekwu fic-cirkostanzi u wisq anqas li jissanzjonaw proceduri li l-ligijiet tal-pajjiz ma jippermettix li jigu mprovvizati f'dawk ic-cirkostanzi, bil-konsegwenza li jigu newtralizzati u emaskulati proceduri ohra espressament provvdutibil-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info