Referenza: 1150/1994/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
AZZOPARDI GODWIN vs AZZOPARDI PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, KAWZALI TA` - CITAZZJONI, OGGETT TA` - SERVITU`, AGGRAVAMENT TA` - SERVITU`, ESTENSJONI TA` - SERVITU`, KREAZZJONI BID-DESTINAZZJONI TA` SID TA` ZEWG FONDI
Fil-Qosor
Hu pacifiku illi s-servitu` bid-destinazzjoni ta' missier il-familja ma tohrogx mill-intenzjoni immamill-fatt; dak li hu importanti mhux x'kien indikat fil-pjanta li l-proprjetarju ta' zewg fondi ried jaghmel, imma x'kien l-istat ta' fatt tal-fond meta l-fondi ma baqghux ta' sid wiehed.

Jidher ghalhekk li r-rekwizit essenzjali ta' din ix-xorta ta' servitu` hu li z-zewg fondi, dak dominantiu dak servjenti, kellhom ikunu t-tnejn proprjeta` ta' l-istess persuna fil-mument meta jinholoq danit-tip ta' servitu`.

Ma jistax it-titolari ta' servitu` jippretendi estensjoni taghha billil-ezercizzju taghha skond it-titolu jkun sar insufficjenti minhabba t-tibdiliet li jkunu saru. Ghaxjekk hu veru illi l-krejazzjoni tas-servitu` titqies li tikkomprendi dak kollu li hu mehtieg ghat-tgawdija ta' dak is-servitu`, il-kliem 'dak kollu li hu mehtieg' (Artikolu 476 tal-Kodici Civili) ghandu jigi interpretat b'riferenza ghaz-zmien tal-kostituzzjoni tas-servitu`, u mhux in riferenza ghall-izviluppi li jkun ghamel wara dak iz-zmien sid il-fond dominanti.

In-natura u l-indoli ta'l-azzjoni ghandhom jigu dezunti mit-termini ta' l-att li bih jinbdew il-proceduri. Il-'kawza' ta' domanda hija r-raguni guridika taghha, ossija l-fundamentum agendi taghha. Din il-kawza, li hija l-origini tad-domanda, tiddistingwi ruhha mill-oggett tac-citazzjoni, li huwa "cio` che e` attualmentedomandato".

Dan ghaliex il-Qorti ghandha toqghod biss fuq il-kawzali u t-talba dedotta, u xejn izjed. Li jfisser li l-Qorti ghandha fl-ghoti tas-sentenza taghha toqghod rigorosament fil-limitital-kontestazzjoni, u entro it-termini tac-citazzjoni u ta' l-eccezzjonijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni