Reference: 38/2001/1

Judgement Details


Date
27/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BUSUTTIL FRANCO vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TAL-IZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL FUQ IL-BAZI TA` AGIR ULTRA VIRES - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNTI TA` DRITT DECIZI IMPLICITAMENT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, RAPPORT BEJN AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 U APPELL AI TERMINI TA` L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, SETGHA LI JIKKONFERMA, JHASSAR JEW IBIDDEL DECIZJONI LI KONTRA TAGHHA JKUN SAR APPELL U JAGHTI DAWK ID-DIRETTIVI LI JIDHIRLU XIERAQ - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, SETGHA LI JORDNA LI JSIRU PJANTI GODDA
Summary
Fil-kompetenza taghha bhala Qorti tal-Appell minn decizjoni tal-Bord tal-Appell ta' L-Ippjanar hijaqatt ma tista' tigi mitluba sabiex taghmel dan l-ezercizzju ta' stharrig gudizzjarju ta' azzjoni amministrattiva, stante li dan l-istharrig fil-maggoranza tal-kazi jinkludi ezami kemm tal-fatti esposti fil-kaz in partikolari, kif wkoll tal-ligi applikabbli, u dan apparti li r-rimedji ghall-istess adifferenza minn dak quddiem din il-Qorti huma wkoll ben differenti, kif jista' jigi indikat bhala ezempju mill-artikolu 469A (5) li jikkontempla wkoll talbiet ta' danni, apparti n-nullita' tal-istessatt amministrattiv.

Dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm kazi fejn il-fattispecie tal-kaz jkunu jaghtu azzjoni lil dak li jkun kemm taht id-disposizzjojnijiet tal-artikolu 469A tal-Kap 12, kif ukoll rimedju ta' appell taht id-disposizzjonijiet tal-artikolu 15 (1) tal-Kap 356, bhal fil-kaz meta l-ultra vires tkun tikkonsisti fl-allegazzjoni li punt ta' dritt jew ligi gie applikat hazin, ghaliex awtorita' koncernata tkun ghamlet xi haga kontra id-disposizzjonijiet tal-ligi, b'mod li agixxiet oltre l-poteri lilha moghtija bl-istess, u dan l-istess punt ta' ligi ikun deciz fid-decizjoni tal-istess awtorita', pero' f'dan il-kaz l-ebda azzjoni ma toqtol jew tissostitwixxi lill-ohra, b'modli jibqghu zewgt azzjonijiet distinti, trattati taht principji differenti, u f'fora distinti w indipendenti minn xulxin, bir-regoli taghhom precizi, li naturalment ma humiex l-istess.

Pero' dan ma jfissirx li l-ebda punt ta' ligi ma gie deciz mill-Bord, stante li l-lamentela tal-appellanti titratta precizament dwar il-kompetenza tal-istess Bord ta' l-Appell ta' L-Ippjanar, u iktar u iktardwar il-parti disposittiva taghha, u ghalhekk jekk kemm-il darba l-istess Bord ta' L-Appell jkun taordnijiet li jkunu oltre l-kompetenza tieghu fil-ligi, u precizament kontra l-provedimenti tal-Kap 356, huwa stess ikun ddecieda hazin fuq punt ta' ligi, u ghalhekk anke jekk tali ligi ma tissemiex per se fis-sentenza, xorta jkun hemm il-bazi ta' dan l-appell dwar "punti ta' ligi decizi mill-Bord fid-decizjoni tieghu" skond id-disposizzjonijiet tal-artikolu 15 (2) tal-Kap 356.

Wiehed ma jistax jassumi semplicement li l-Bord ma ddecidiex kwistjoni ta` dritt ghas-semplici raguni li ma tissemmiex espressament d-disposizzjoni tal-ligi. Huwa inkoncepibbli li tribunal responsabbli ma jzommxdejjem quddiem ghajnejh u jkun dejjem konxjament gwidat mid-dispozizzjoni tal-ligi li tikkonferixxifuqu s-setgha gurisdizzjonali necessarja biex huwa jwettaq id-dmirijiet imposti fuqu skond il-ligi li kkrejatu.

Mill-lat sostantiv aggravju bbazat fuq l-allegazzjoni li l-Bord seta' agixxa barra mill-kompetenza tieghu w allura kontra d-disposizzjonijiet tal-ligi huwa proceduralment ritwali wammissibbli quddiem il-Qorti ta` l-Appell.

L-Att Numru I ta' l-1992 fl-artikolu 6 tat-Tielet Skeda formanti parti mill-istess ligi jaghti espressament lill-Bord ta' l-Appell is-setgha li "jaghti dawk id-direttivi li jidhirlu xieraq" pero' dan ma jfissirx u m'ghandux ifisser li l-Bord ta'l-Appell ghandu jiddeciedi hu, minflok l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u fuq fatti li ghad iridujintaghmlu u jigu sottomessi mill-applikant. Tali funzjoni fl-ewwel lok tispetta lill-Awtorita'ta' l-Ippjanar skond ma johrog inter alia mill-artikolu 30 u 32(1) ta' l-Att Numru I ta' l-1992.Diversament ikun ifisser li l-Bord ta' l-Appell ma jkunx qed iservi ta' tribunal ta' revizjoni imma wiehed li qieghed jipprocessa fatti u pjanti godda, ghax sottomessi f'forma diversa u differenti, u fl-istess waqt jiddeciedi dwarhom b'mod finali.

Il-Bord ta' l-Appell jista` japprova permess jekk waqt il-pendenza tal-proceduri quddiemu jinbidlu l-policies b'mod li zvilupp illegali jigi sanat. Il-Bord jista` f;tali cirkostanzi jitlob li jsiru pjanti godda jekk fl-ahhar mill-ahhar tali decizjoni tkun bazata fuq id-decizjoni tal-Awtorita` ta' l-Ippjanar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info