Reference: 585/2000/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
ELLUL PHILOMENA vs ELLUL CHARLES PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SOCJETA` KUMMERCJALI, AZZJONIJIET OPPRESSIVI, INGUSTI U DISKRIMINATORJI - SOCJETA` KUMMERCJALI, DRITT TA` AZZJONIST LI JKUN RAPPREZENTAT FUQ IL-BORD TAD-DIRETTURI - SOCJETA` KUMMERCJALI, PROTEZZJONI TA` AZZJONISTI MINORITARJI - SOCJETA` KUMMERCJALI, TNEHHIJA TA` DIRETTUR
Summary
L-artiklu 402 tal-Att dwar il-Kumpanniji jipprovdi li:

"Kull membru ta' kumpannija li jilmenta li l-affarijiet tal-kumpannija jkunu tmexxew jew qed jitmexxew jew aktarx jitmexxew b'mod li, jewli xi att jew ommissjoni tal-kumpannija kienu jew huma jew x'aktarx se jkunu, oppressivi b'mod mhuxgust diskriminatorji kontra, jew b'mod mhux gust ta' pregudizzju, ghal membru jew membri jew b'mod li jkunu kontra l-interessi tal-membri in generali, jista' jaghmel rikors lill-qorti ghal ordni tahtdan l-artikolu".

Dawn il-provedimenti huma ta' salvagwardja u ta' protezzjoni ghall-azzjonisti ta' socjeta` kummercjali, b'mod partikolari ghal dawk li huma minoritarji. Ir-rimedji li johorguminn dawn il-provedimenti huma mghotija lill kull azzjonist ta' socjeta` kummercjali. Kull azzjonist, anke jekk hu minoritarju, ta' socjeta` kummercjali, anke jekk hi pubblika, jista' jitlob li jinghataw l-ordnijiet kollha necessarji u opportuni, f'kaz li jirnexxielu jipprova illi minhabba l-gestjoni tal-istess socjeta` huwa qed isofri jew ukoll jista' jsofri xi pregudizzju ta' natura oppressiva,ingusta jew diskriminatorja. Tali gestjoni tista' tirreferi semplicement ghal xi att specifiku jewxi ommissjoni tal-kumpanija. Il-pregudizzju jista' jirreferi ghall-azzjonist li qed jippromuovi l-proceduri, ghal xi azzjonist iehor jew ghall-interessi in generali tal-azzjonisti.

In vista ta' dan kollu jista' jinghad li hu bizzejjed li l-azzjonista jipprova li huwa qed isofri jew eventwalment jista' jsofri xi pregudizzju minhabba xi agir tas-socjeta` li taghha huwa jippossjedi xi ishma.Ma hemmx ghalfejn li huwa jipprova li huwa zgur li ser isofri xi pregudizzju fil-futur. Tali prova tista' ssir fuq bazi ragjonevoli ta' probabbilita`.

Inoltre, skond dak li hemm provdut fis-sub-artikolu (3) tal-istess artikolu 402, il-Qorti tista' tipprocedi biex taghmel kull ordni necessarja u opportuna skond dawn il-provedimenti, jekk jirrizulta li l-ilment tal-azzjonista hu sewwa bbazat u jekk il-Qorti thoss li huwa ekwu u gust li tghamel hekk.

Fil-Ligi Ingliza (ara Art 459 tal-Companies Act, 1985) jinstab rimedju simili li hu maghruf bhala "The Unfair Prejudice Remedy". Il-Qorti ta' l-Appell Ingliza stabbilit fil-kaz "in Re Saul D. Harrison & Sons plc ([1995]) 1BCLC 14)" il-linji ta' gwida dwar kif kellu jkun l-operat biex ikun jista' jigi kkwalifikat bhala, "unfairlyprejudicial" (fit-test tal-Ligi Maltija din il-frazi hi tradotta "b'mod mhux gust ta' pregudizzju"). Wiehed kellu, fl-ewwel lok, jara jekk dak l-operat kienx jew le skond l-istatut tal-kumpannija.Izda fl-applikazzjoni tal-imsemmija dispozizzjoni - ispirata fuq principji ta' ekwita` aktar milli minn drittijiet strettament legali - il-Qorti tiehu in konsiderazzjoni l-aspettativi legittimi ("legitimate expectations") li r-rikorrent jista' jkollu u li sikwiet ikunu ferm aktar wiesgha mid-drittijiet strettament legali li johorgu mill-istatut tas-socjeta`. Dawn l-aspettativi legittimi jitwielduminn xi relazzjonijiet personali partikolari bejn l-azzjonisti. Fil-kaz Ebrahimi vs Westbourne Galleries Ltd. ([1973] AC 360) Lord Wilberforce elenka numru ta' sitwazzjoijiet fejn dan ir-rimedju jista' jinghata (ara ibid proprio 379), sitwazzjonijiet dawn li x'aktarx jinstabu f' kumpaniji zghar privati li ta' sikwiet jissejjhu "quasi partnerships", fosthom is-segwenti:-

(i) an association formed or continued on the basis of a personal relationship, involving mutual confidence - this element will often be found where a pre-existing partnership has been converted into a limited company;

(ii) an agreement, or understanding, that all, or some (for there may be "sleeping members") of the shareholders shall participate in the conduct of the business;

(iii) restriction upon the transfer of the members' interest in the company - so that if confidence is lost, or one member is removed from management, he cannot take out his stake and go elsewhere".

Hawnhekk, il-kumpannija in kwistjoni kienet giet kostitwita bejn mara (ir-rikorrent) u ragel (l-intimat) mizzewgin. Ir-ragel kellu l-maggoranza ta` l-ishma. Sussegwentement, meta nqalghu disgwidi matrimonjali ir-ragel ipprova li inter alia jeskludi lill-martu mit-tregija tal-kumpannija in kwistjoni.

Il-Qorti ta' l-Appell irriteniet li din is-socjeta` kienet tikkwalifika bhala "quasi partnership" fejn il-mara kellha interessi u aspettativi legittimi li jmorru oltre u 'l hinn mis-sinifikat tal-"memorandum and articles" tas-socjeta` in kwistjoni. Certament wahda mill-aspettativi taghha kienet ma tigiximcahhda minn partecipazzjoni fit-tmexxija tas-socjeta` sempliciment ghaliex il-fiducja reciproka spiccat minhabba d-disgwid matrimonjali u r-relattivi proceduri gudizzjarji ta' separazzjoni personali li hemm pendenti bejnha u zewgha.

L-artikolu 402 hu ispirat mhux minn koncetti legalisticiizda minn principji ta' ekwita` u gustizzji li jirrikonoxxu l-interessi u l-aspettativi legittimi limmorru oltre mill-kelma tal-istatut tas-socjeta` jew addirettura tal-ligi stess.

Konsegwentement il-Qorti sabet li kien hemm lok ghall-applikazzjoni tal-Art. 402 fil-konfront tad-decizjoni lil-appellat ha li jelimina lill-martu minn Direttur. Decizjoni din li tkun evidentement "unfairly pregudicial" fil-konfront tal-mara li kellha dritt, bis-sahha tal-aspettattivi legittimi taghha, li fis-sitwazzjoni matrimonjali li kienet tinstab fiha, tissalvagwardja l-interessi taghha u mhux tkun kostretta li thalli l-gestjoni tal-interessi taghha fis-socjeta` jkunu determinati kwazi unikament minn zewgha.

Il-Qorti ghandha poteri deskrezzjonali vasti hafna ghal dak li jirrigwardja r-rimedji li tista' tipprovdi meta tara li ghandha taghti harsien lill-azzjonist kontra pregudizzju mhux gust.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info