Reference: 99/1989/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
BORG MAG. EDWARD MICHAEL vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR IL-PROVVISTI U SERVIZZI, XIRI U BEJGH TA` OGGETTI
Summary
Ir-Regolament 11(2) [precedentement numerat 9(2)] tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta` Bejgh ta` Oggetti promulgat taht l-Att dwar il-Provvisti u Servizzi jipprovdi dan li gej:

"Ebda fabbrikant, importatur jew negozjant bl-ingrossa ma ghandu, minghajr raguni xierqa, jirrifjuta li jbiegh fi kwantitajiet ragonevoli lil xi bejjiegh bl-imnut xi oggett li dan ta' l-ahhar ikun jehtieg ghall-kummerc jew ghan-negozju tieghu."

Fl-istess Regolament, u precisament fir-regolament 2, tinghata definizzjoni wiesa' hafna tal-kelma oggett:

"oggett" tfisser kull oggett li soltu jinbiegh lill-pubbliku , izda ma tinkludi ebda prodott ikkoltivat jew imkabbar f'Malta minn bidwi jew li jinkiseb mit-trobbija ta' annimali lokali, u lanqas ma tinkludi frott jew hxejjex jew hut frik importat.

Ghalkemm huwa veru li wiehed mill-ghanijiet ta' l-Att kien li jipprovdi "ghall-manteniment ta'provvisti u servizzi essenzjali tal-popolazzjoni", ghan iehor ta' din l-istess ligi, li johrog car mix-short title hu li "jikkontrolla l-produzzjoni, it-tassim u l-konsum ta' oggetti".

Il-kelma"oggetti" ma hi b'ebda mod kwalifikata, bhalma huma invece kwalifikati l-kliem "provvisti" u "servizzi". Fl-Artikolu 2(1) hemm definizzjoni ta' "oggetti essenzjali", "provvisti essenzjali", "servizziessenzjali" u "xoghol essenzjali", izda ma hemm ebda definizzjoni tal-kelma "oggetti" wahedha.

Senter huwa oggett li soltu jinbiegh lill-pubbliku, ghalkemm certament ma hux xi oggett essenzjali ghall-hajja tal-popolazzjoni. Ghalhekk il-bejgh ta` snieter jaqa` fil-parametri tar-Regolament 11(2).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info