Reference: 871/2000/1

Judgement Details


Date
16/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GRASSO ALBERT vs MIFSUD BONNICI SALVINO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, KORRISPONDENZA PRIVATA - LIBELL, KUNCETT TA` PUBBLIKAZZJONI
Summary
L-element ta' pubblicita' huwa wiehed mit-tliet ingredjenti ewlenin li jsejsu l-azzjoni tal-libell.Kemm hu hekk, l-aspett tal-oggett pubblikat jew imxandar li jinghata pubblicita' johloq wahda mid-distinzjonijiet maghrufa bejn il-libell risarcibbli fl-azzjoni civili mill-malafama mahsuba taht id-dritt penali. Minbarra dan, l-azzjoni kriminali hija indipendenti mill-azzjoni civili, tant illi t-tnejn jistghu jsiru separatament, u huwa meqjus li ghandhom finalita' distinta. Il-ligi taghna tfisser bhala "pubblikazzjoni" kull att stampat li jigi jew jista' jigi komunikat jew imgharraf lil xipersuna.

It-tifsira moghtija fil-ligi taghna ghandha ta' bilfors titfisser fid-dawl ta' l-ghanijiet specjali li jimmira ghalihom l-Att dwar l-Istampa, jigifieri li jaghti harsien lil individwumilli jigi mzeblah jew malafamat minn xi haddiehor b'mezz stampat jew b'xandira. Ghalhekk, ghalkemmil-kelma "pubblikazzjoni" tidher li tinghata tifsira wiesgha fil-ligi taghna biex tinkludi kull mahu miktub, jidher li huwa ovvju li ittra privata mibghuta minn persuna lil persuna ohra ma tghoddx bhala pubblikazzjoni ghall-finijiet tal-ligi jekk fl-istess hin ma tigix jew mhux probabbli li tigi jew taqa' f'idejn terza persuna. Li kieku wiehed ifisser il-ligi mod iehor, ma jista' jkun hemm xejnli ma jistax ikun "ippubblikat" jew "imxandar".

L-awturi ewlenin meta jqisu t-tifsira moghtija lill-ligi ta' l-Istampa li minnha hija mehuda u miruta l-ligi taghna, jissuggerixxu li, fil-kaz ta' ittri privati, jinhtieg li jigu meqjusa tliet konsiderazzjonijiet ewlenin: (a) il-mod kif titwassal l-ittra; (b) il-mod kif tkun indirizzata u (c) l-gharfien tal-mittenti dwar il-procedura tad-destinatarju dwar il-ftuh ta' l-ittri li jircievi. Jekk kemm-il darba ittra privata tintbaghat bis-servizz postali, m'hemmx presunzjoni tal-pubblicita'. Il-prova ta' l-impustar ta' ittra tohloq presunzjoni prima facie illi l-ittra wasslet ghand min kienet indirizzata, u mhux ghand haddiehor.

Jekk l-attur wera l-ittra lil haddiehor u kien minhabba f'din l-azzjoni li haddiehor sar jaf bl-ittrau b'dak li hemm miktub fiha, allura il-hsara li seta' garrab l-attur imputet sibi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info