Reference: 184/2002

Judgement Details


Date
23/01/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA (SPT.J.AGIUS) vs CASSAR GREZZJU SIVE HORACE SIVE LOUIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENTENZA SOSPIZA, NE BIS IN IDEM - SENTENZA SOSPIZA, TISTA` TIGI ATTIVATA DARBA BISS
Summary
Il-fatt li persuna tigi trattata dwar sentenza sospiza w l-Qorti tiddeciedi li testendi l-periodu operattiv tas-sentenza ma jipprekludix Qorti ohra li ssib l-istess persuna hati ta' reat iehor kommessfil-periodu operattiv ta' sentenza sospiza, milli tirrendi operattiva dik is-sentenza sospiza. Altrimenti naqghu fl-assurd li ghax il-Qorti deherilha li kellha testendi l-periodu operattiv ta' sentenza sospiza ghaliex ir-reat iehor sussegwenti kien jikkonsisti fi hsara volontarja, Qorti ohra li ssib hati lill-istess persuna ta' omicidju volontarju kommess fil-periodu operatttiv tas-sentenza sospiza ma tkunx tista' tirrendi operattiva dik is-sentenza sospiza. Fil-fatt li Qorti tittratta darbtejnjew aktar dwar l-istess persuna in konnessjoni mal-istess sentenza sospiza, ma hemm l-ebda elementta' "ne biss in idem" anzi din hi haga mill-aktar normali. Dik il-persuna tkun giet ipprocessata darba ghar-reat li dwaru inghatat is-sentenza sospiza. Meta l-Qorti terga tittratta dwaru in konnessjoni mall-istess sentenza sospiza, ma tkunx qeghda tipprocessah mill-gdid ghar-reat originali, kull matkun qed taghmel tkun li qeghda tezamina jekk il-kondizzjoni ghas-sospensjoni tas-sentenza gietx miksura u, fl-eventwalita' li tirriskontra tali ksur ma hemm xejn fil-ligi x' jipprekludiha milli tirrendi operattiva dik is-sentenza anki jekk Qorti ohra dwar reat differenti kommess fil-periodu operattiv ta' dik is-sentenza deherilha li in virtu' tan-natura ta' dak ir-reat differenti ma kellhiex tirrendi operattiva s-sentenza u minnflok deherilha li kellha testendi dak il-periodu operattiv. Anqas f' dan l-eghmil ma hemm l-elementi ta' "ne biss in idem".

Madanakollu, una volta stabilit li gie kommess reat iehor punibbli bi prigunerija fil-kors tal-periodu operattiv tal-ordni tas-sentenzasospiza, jekk minhabba f'hekk dik is-sentenza sospiza tigi attivata, certament m'huwiex il-kaz li f'kazijiet sussegwenti fejn ic-cirkostanzi huma simili, cioe' fejn jirrizulta ksur tal-istess sentenzasospiza, jerga' jigi riattivat dak li fil-fatt huwa gja attivat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info