Reference: 27/2002/1

Judgement Details


Date
21/01/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
AZZOPARDI JOSEPH SIVE PEPPI PRO ET NOE vs SCERRI JOSEPH ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKREZZJONI TAL-QORTI F`KAZ TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - PRINCIPJI REGOLATURI
Summary
Meta huwa car li hemm mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex ikollu rimedju ghad-dannu li qed jillamenta, bhala principju generali dawn ghandhom jigu adoperati, u r-rikors ghall-organi gudizzjarji ta' natura kostituzzjonali ghandu jsir wara li l-ordinarji jigu ezawriti jew meta ma humiex disponibbli.

Il-Qorti Kostituzzjonali sakemm ma jirrizultawx ragunijiet serji u gravi ta' illegalita' jew ta' gustizzja jew ta' zball manifest, ma tiddisturbax l-esrcizzju ta' diskrezzjonalita'ta' l-ewwel Qorti konferit mill-artikolu 46(2) tal-Kostituzzjoni.

Kull kaz ghandu l-fattispecie partikolari tieghu.

Meta r-rikorrent ma jkunx ghamel uzu minn rimedju li setgha kellu, danma jfissirx li l-Qorti ghandha tikkonsidra li m'ghandiex tezercita l-gurisdizzjoni taghha jekk, dakil-possibli rimedju ma kienx pero' se jirrimedja hlief in parti l-lanjanzi tar-rikorrent

Meta r-rikorrent ma jkunx ezawrixxa r-rimedji ordinarji, jekk pero' dan in-nuqqas ikun ikkontribwixxa ghalih l-operat ta' haddiehor, allura ma jkunx desiderabbli li l-Qorti tieqaf u ma tipprocedix bit-trattazzjoni tal-kaz.

Meta l-ewwel Qorti tezercita d-diskrezzjoni taghha u tieqaf mit-trattazzjoni minghajr ma tezamina l-materja necessarja li fuqha dik id-diskrezzjoni ghandha tigi ezercitata,il-qorti tat-tieni grad ghandha twarrab dik id-diskrezzjoni.

Il-Qorti ghandha tiddirigi ruhhalejn ir-rifjut tal-ezercizzju tas-setghat taghha taht l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, mhux biss meta ma jistax isir mod iehor ghaliex ir-rimedju jkun essenzjalment residenti quddiem Qortiohra, imma anke, per ezempju, meta l-indagini gudizzjarja u r-rimedju ghall-ilment ikunu sostanzjalment duplikati fiz-zewg mezzi miftuha ghal min ikun qieghed iressaq l-ilment. Meta l-aspetti ta' l-indagini ikunu ta' natura prevalentament kostituzzjonali, bir-rimedji propriji pedissekwi, ix-xejra ghandha tmur lejn l-esercizzju tas-setghat li l-Kostituzzjoni ta' Malta, fl-Artikolu 46 (2), taghti lil Qorti Civili Prim'Awla.

Huwa zball li tadotta r-rimedji kostituzzjonali biex tissana n-nuqqas li tuza rimedji ohra li setghu jaghtuk soluzzjoni legali.. Il-persuna aggravata kellha l-ewweltipprotegi l-interessi taghha u taghmel uzu mir-rimedji li ghandha taht il-ligi ordinarja. Rikors kostituzzjonali dejjem irid jitqies bhala rimedju straordinarju ghal allegat vjolazzjoni ta' dritt fundamentali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info