Reference: 554/2000/1

Judgement Details


Date
20/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI JOSEPH vs CALLEJA EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, ONERU TAL-PROVA FUQ MIN JECCEPIXXI L-PAGAMENT - L-ATTUR XORTA JRID JIPPROVA L-BAZI FATTWALI LI FUQHA HIJA MIBNIJA L-AZZJONI TIEGHU - PROVA, PIZ TA` - SENTENZA, ECCEZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI TRID TIGI DECIZA B`KAP SEPARAT - SENTENZA, L-ECCEZZJONIJIET KOLLHA SOLLEVATI JRIDU JIGU KUNSIDRATI - SENTENZA, META L-QORTI MA TIKKONSIDERAX ECCEZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI - SENTENZA, META L-QORTI TONQOS MILLI TINDIRIZZA ECCEZZJONI LI TKUN GIET SOLLEVATA - SENTENZA, NULLITA` META ECCEZZJONIJIET LI JKUNU JRIDU JIGU DECIZI B`KAP SEPARAT MA JIGUX HEKK DECIZI - SENTENZA, NULLITA` TA`
Summary
In-nullita ta' sentenza m'ghandiex tigi attiza jekk is-sentenza tkun sostanzjalment gusta.

Meta quddiem qorti fi grad ta' appell tingieb eccezzjoni ta' nullita' tas-sentenza appellata, dik l-eccezzjoni ma ghandiex tintlaqa' jekk is-sentenza tkun gusta fis-sustanza taghha, hlief jekk l-eccezzjoni tkun ibbazata fuq nuqqas ta' gurisdizzjoni jew fuq nuqqas ta' citazzjoni, jew fuq illegittimita' tal-persuna jew fuq li s-sentenza ta' l-ewwel Qorti tkun extra petita jew ultra petita jew fuq kull difett iehor li jippregudika l-jedd ta' smiegh xieraq.

Sentenza mhux necessarjament tkun nulla jekk il-Qorti tonqos milli tikkonsidera xi eccezzjoni sollevata mill-konvenut jekk dik l-istesssentenza tkun sostanzjalment gusta. Dan japplika wkoll meta l-eccezzjoni tkun titratta dwar il-preskrizzjoni.

Huwa minnu illi fil-kors ordinarju tal-process min jallega l-pagament dan irid jissostanzjah, anke jekk biex jaghmel dan mhux necessarjament jipproduci ricevuti. Provi ohra konvincenti jibbastaw skond ic-cirkostanzi u l-fatti tal-kaz li jkun, kif emergenti mir-rizultanzi processwali.

Gjaladarba skond l-ordni logiku tar-regoli probatorji jinkombi lill-attur b'obbligu u fl-ewwel lok illi jipprova b'mod adegwat l-allegazzjoni centrali tieghu illi l-konvenut huwa debitur tieghu. Sakemm dan ma jaghmlux il-konvenut jibqa' assistit mill-principju illi l-piz tal-prova huwa l-ewwel mixhut fuq l-attur. Huwa biss f'kaz illi l-attur ikun irnexxielu imqar "prima facie" jistabilixxi t-tezi tieghu illi mbaghad il-piz tal-prova jisposta ruhu ghal fuq il-konvenut.

Qabel il-prova tal-pagament da parte tal-konvenut, li hu imprexxindibilment kien ikun obbligat jaghmel, l-ewwel stava ghall-attur illi jissodisfa lill-Qorti bi grad ta' prova li ma tkunx wahda merament possibbli imma bazata fuq il-probabilita'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info