Reference: 236/1989/1

Judgement Details


Date
25/05/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
MAMO HENRY SIVE ERIC DR NOE vs MUSCAT JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - ACTIO CAMBIARIA, OBBLIGAZZJONIJIET INDIPENDENTI - KAMBJALA, GIRATA - KAMBJALA, NATURA TA` - KAMBJALA, NUQQAS TAT-TRAENT LI JITLOB R-RITORN TA` KAMBJALA WARA L-HLAS RELATTIV
Summary
Huwa essenzjali li t-traent jirrikjedi r-ritorn lilu ta' kambjali konteswalment mal-hlas taghhom inkella dawn jibqghu ezigibbli kontrih. Hawnhekk it-traent kien hallas l-import ta' numru ta' kambjalili gew sussegwentement girati a favur il-bank attur. Il-Qorti ikkonkludiet li l-kambjalijiet kienu ezigibbli.

F'azzjoni kambjarja l-eccezzjonijiet personali huma opponibbli ghall-possessur ta'kambjali illi jitlob il-hlas taghha u jistghu jirrigwardaw tant l-origini ta' l-obbligazzjoni kemm l-ezercizzju taghha. Il-kompensazzjoni, bhall-pagament, jew il-mahfra totali jew parzjali ta' l-ammont kambjarju, hija wahda minn dawn l-eccezzjonijiet personali kapaci li jimmodifikaw jew jeskludu skond il-kaz, l-ezercizzju ta' l-istess kambjali.

Huwa veru li kontra t-talba ghal-hlas ta' kambjali ma humiex ammessi eccezzjonijiet li jittardjaw il-pagament u li ma jistghux jigu definiti malajr. Pero' hemm eccezzjonijiet assoluti u eccezzjonijiet relattivi li jistghu jigu moghtija u ghandhomjigu ammessi, kif ukoll hemm eccezzjonjiet ohra li gejjin mill-fatti posterjuri ghall-emissjoni ta'kambjali. Id-disposizzjoni tal-ligi li tenuncja il-principju fuq imsemmi ma hijiex applikabbli metal-kambjala tkun baqghet f'idejn it-traent innifsu u ma tkunx giet girata. Ghalhekk, jekk wara l-emissjoni ta' kambjala t-traent jaghti dilazzjoni tal-hlas lill-accentant, l-eccezzjoni relativa tista'tigi opposta lit-traent.

Obbligazzjoni kambjarja hija wahda indipendenti mill-causa obligationis. L-azzjoni kambjarja hi allura azzjoni awtonoma u dak li ghandu jigi rigwardat f'azzjoni simili- salv naturalment il-kazi kongruwi fejn xi eccezzjonijiet ta' indoli reali tkun tirrikjedi li jsirmod iehor - huwa bhala regola r-relazzjoni bejn it-traent u t-trattarju kif emergenti mill-wicc il-kambjali stess.

Skond il-ligi l-kambjalijiet jistghu jkunu trasferiti permezz tal-girata u din taghmel proprjetarju lill-possessur tal-kambjali u min jippossjediha legittimament jista' fl-iskadenza jitlob il-pagament taghha.

L-uniku mezz biex tigi trasmessa l-proprjeta' tal-kambjala hija l-girata u l-ligi ma tirrikonoxxi ebda mezz iehor ta' trasferiment tal-proprjeta' ta' kambjala mill-possessur taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info