Reference: 3391/1996/2

Judgement Details


Date
16/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GIORDIMAINA JOHN ET vs PACE JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - ACTIO CAMBIARIA, EZAMI TAL-KREDITU PRETIZ PER EQUIPOLLENS META L-KAMBJALA TKUN NULLA - ACTIO CAMBIARIA, OBBLIGAZZJONIJIET INDIPENDENTI - KAMBJALA, NATURA TA` - KAMBJALA, NOVAZZJONI - KAMBJALA, NUQQAS TA` FIRMA TAT-TRATTARJU - KAMBJALA, NUQQASIJIET LI JISTGHU JIGU SANATI WAQT IL-KAWZA - KAMBJALA, OBBLIGAZZJONI AWTONOMA TINHOLOQ MAL-GIRATA - KAMBJALA, OBBLIGAZZJONI SEMPLICI META TKUN DIFETTUZA
Summary
In principju ma jistax jinghad li huwa assolutament projbit li tigi alterata xi skrittura jew dokument li jkunu jifformaw parti mill-atti ta' process ta' kawza, u dan diment li din l-alterazzjoni ma ssirx bil-habi, u ssir bil-permess preventiv tal-Qorti, liema permess jista jinghata minghajr pregjudizzju ghas-sottomissjonijiet tal-partijiet l-ohra fil-kawza fir-rigward. L-ghoti tal-permess b'danil-mod, fi kliem iehor, ma jkunx ifisser li l-Qorti tkun qed taccetta l-effett tal-alterazzjoni, izda tkun dejjem qed tirriserva l-posizzjoni tal-parti l-ohra u taghha dwar l-effett ta' dik il-bidla fuq id-dokument u l-meritu tal-kaz. Il-permess ikun inghata preventivament biex jigi evitat li tinghata decizjoni parzjali dwar il-possibilita` o meno tal-alterazzjoni, biex b'hekk meta l-Qorti tigibiex taghti s-sentenza definitiva taghha, ikollha quddiemha l-oppzjonijiet kollha. Ovvjament, mhuxeskluz li l-Qorti tiddeciedi li tiddetermina mill-ewwel il-possibilita` o meno tal-alterazzjoni mitluba, u dan b'decizjoni li tolqot direttament il-kwistjoni.

It-teorija tal-ius superveniens tippermetti li certi nuqqasijiet f`kambjala, bhan-nuqqas tal-firma tat-trattarju, jistghu jigu sanatifil-mori tal-kawza. Jekk hemm htiega ta' tali firma bhala prova li l-kreditur accetta dik l-obbligazzjoni, din mhux mehtieg li ssir necessarjament dak il-hin li saret il-weghda mid-debitur. Fejn hu mehtieg li kreditur jaccetta obbligazzjoni bil-kitba, din trid issir fuq l-istess document tal-obbligazzjoni izda mhux necessarjament kontestwalment. Jekk hu permess li document jigi kompletat fi stadji, m'hemm ebda raguni ghaliex dan ma jistax isir fil-kors tal-kawza.

Barra minn hekk il-firmatat-trattarju mhix mehtiega ad validitatem. Il-ligi trid li l-kambjala tkun iffirmata minn min harigha, u mhux ukoll minn minn jaccettha; l-importanti hu li min ikun obbligat taht kambjala ikun iffirma l-istess bhala forma solenni li hu accetta li jhallas l-ammont indikat.

Meta kambjala tibqa fil-patrimonju tal-kredituri tal-obbligazzjoni (cioe` ma tigix girata), ma takkwistax natura awtonoma indipendenti mill-obbligazzjoni li tat lok ghall-istess kambjala.

Hu biss meta l-kambjala tkun girgata li din takkwista valur "on the face of it", u allura ikun dipendenti fuq dak li johrog u jidher mill-kambjala stess. Kambjala, kif inhu maghruf, ma tohloqx novazzjoni, meta tibqa f'idejn il-parti kontraenti ma tistax tigi distakkata mill-obbligazzjoni originali.

Azzjoni fuq kambjala bejn il-partijiet li hargu l-istess, ma tistax timxi wahedha minghajr riferenza ghall-ftehimli wassal ghall-hrug taghha.

Il-legislatur Malti ma ghamilx il-kambjala titolu esekuttiv, specifikament biex il-kambjala, diment li tkun ghada fil-pussess tal-persuna favur min inharget, ma tigix uzata bhala magna ta' estorzjoni, izda minn jitlob hlas fuqha ikun irid jiggustifika t-talba tieghu, ghax altrimenti tista tkun obbligazzjoni bla kawza (jekk ma jkunx wettaq id-doveri tieghu) li matistax tigi enforzata. Kambjala ma tohloq qatt novazzjoni tal-obbligazzjoni precedenti.

Jekk il-kambjala ma tkunx girata (u ghalhekk tkun ghada fil-fazi kuntrattwali u ma tkunx dahlet fil-fazi kambjarja) it-traent-konvenut jista` jaghti kontra l-beneficjarju-attur eccezzjonijiet personali ghalih.

La darba l-kambjala, f'dan l-istadju m'ghandhiex natura awtonoma, hija qed isservi biss bhala prova tal-obbligazzjoni jew bhala mezz ahjar biex jintwera d-dejn u bhala "skrittura" ta' obbligazzjoni mhux mehtieg ad validitatem li tkun iffirmata mill-kreditur.

Anke jekk il-kambjala tkun nulla bhala kambjala jew bhala skrittura, xorta tista' tghaddi biex tezamina l-kreditu pretiz mill-kreditur per equipollens a bazi tal-provi, u f'dan l-analizi, kwalunkwe dokument iffirmat mill-allegat debitur -avolja nulla bhala "skrittura" formali - tista' tittiehed bhala prova kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info