Reference: 1781/2001/1

Judgement Details


Date
16/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
FIORINO D'ORO CO. LTD. vs DIRETTUR TAT-TOROQ
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN GHAL XOGHOLIJIET IMWETTQA MINN KUNTRATTURI PRIVATI
Summary
Il-kuncett tar-responsabilita' tal-Gvern hi bazata, bhal dik tac-cittadin ordinarju, fuq id-delitt ul-kwazi-delitt kif kontemplat fl-artikolu 1029 et seq tal-Kodici Civili. Dan ifisser li l-Gvern biex jista' jinstab responsabbli ghad-danni irid ikun agixxa b'imprudenza, b'negligenza u bla l-hsiebta' missier tajjeb tal-familja, ghax diment li "jaghmel uzu ta' jedd tieghu fil-qies li jmiss, ma jwegibx ghall-hsara li tigri b'dan l-uzu".

Id-dispozizzjoni tal-ligi li tirrendi responsabili tal-hsara li tigri bi htija ta' min ikun kagun ta' dik il-htija hija generika u ma taghmel ebda eccezzjoni, lanqas ghal-Gvern; u ghalhekk il-Gvern huwa obbligat jaghmel tajjeb ghad-danni fil-kaz li huwa, fl-ezercizzju tad-drittijiet tieghu, johrog mill-gusti limiti u jikkaguna pregjudizzju lit-terzi.

Il-Gvern jirrispondi ghad-danni kagunati mid-dewmien fl-ezekuzzjoni ta` xogholijiet stradalianki jekk hu jiddelega tali xogholijiet lil kuntrattur privat.

Fil-waqt li, f'xogholijiet pubblici, wiehed ghandu jistenna li jkun hemm solidarjeta` socjali, meta l-Gvern jonqos milli jiehu passi rimedjali meta jkun hemm nies qed isofru pregjudizzju akbar milli hu ragjonevolment mehtieg, allura tidhol ir-responsabilita` tieghu.

Il-Gvern ikun qed jonqos mill-obbligi tieghu jekk, nonostante n-nuqqasijiet evidenti fl-ezekuzzjoni ta` xogholijiet pubblici, ihalli kollox ghaddej u ma jiehu ebda passi biex inaqqas l-inkonvenjent li qed isofri l-pubbliku, u partikolarment f'dan il-kaz,is-socjeta attrici.

Il-Gvern ta' Malta mhux normalment obbligat li jhallas kumpens ghas-semplici kaz li wettaq progett li rrizulta ta' pregjudizju ghal xi cittadin, izda ghal meta, fit-twettieqta' dak il-progett, ikun agixxa bla qies. Kwindi, ghaz-zmien li kien mehtieg biex dan il-progettjitwettaq, il-Gvern mhux tenut ihallas kumpens, ghax fis-sistema taghna, ic-cittadin irid isofri dan it-telf fl-interess tas-solidarjeta` socjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info