Reference: 196/2002

Judgement Details


Date
10/01/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA (SPT)M.SAMMUT vs GRECH GARY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AMMISSJONI, FORMALITAJIET MEHTIEGA FIL-KAMP KRIMINALI - PROBATION ORDER, HTIEGA TA` PRE-SENTENCING INQUIRY REPORT
Summary
Meta l-fatt imputat jipotizza reat li ma huwiex ta' kompetenza originali tal-Qorti tal-Magistrati ughalhekk ghandha, jew tista`, issir kumpilazzjoni - apparti mill-obbligu generali naxxenti mill-Artikolu 519 tal-Kap. 9 [Dmir ral-Qorti li tipprovdi difiza kif tixraq lill-akkuzat], il-Qorti tal-Magistrati ghandha timxi skrupolozament ma' dak li jipprovdi l-Artikolu 392 [Ezami ta` l-Imputat], u specjalment is-subartikolu (2) [Twissija lill-Imputat] tieghu; u fil-kaz li waqt l-ezami skond l-Artikolu 392 imsemmi tigi resgistrata ammissjoni il-Qorti tal-Magistrati ghandha wkoll skrupolozament timxiskond l-Artikolu 392A. Dana l-Artikolu japplika mhux biss ghall-kazijiet fejn ir-reat ipotizzat ikollu piena ta' aktar minn erba' snin prigunerija (imma mhux aktar minn ghaxar snin) izda japplika wkoll ghall-kazijiet fejn il-piena tkun ta' aktar minn sitt xhur imma mhux aktar minn erba' snin u l-Avukat Generali jkun ta l-kunsens bil-miktub ghall-procedura sommarja ab initio skond l-Artikolu 370(4)(a). Li dana l-Artikolu 392A japplika wkoll fil-kazijiet kontemplati fl-Artikolu 370(4) jidher carmill-lokuzzjoni adoperata fis-subartikolu (6) tal-imsemmi Artikolu 370: "Il-qorti hija wkoll kompetenti li taghti s-sentenza lill-akkuzat fic-cirkostanzi u kif provdut fl-artikolu 392A".

Issa,skond l-Artikolu 392A(1) il-Qorti tal-Magistrati ghandha tapplika mutatis mutandis id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 453(1). Skond l-Artikolu 453(1) jekk l-imputat jistqarr, bhala twegiba ghall-mistoqsija jekk iridx u xi jrid iwiegeb fuq l-akkuza, li hu hati skond l-imputazzjoni, il-qorti ghandha twissih b'mod l-aktar solenni dwar il-konsegwenzi legali ta' dik it-twegiba, u taghtih ftit ta' zmienbiex jerga' lura minnha. Huwa biss jekk l-imputat jibqa' jtenni dik it-twegiba li l-qorti ghandha tordna li l-ammissjoni tigi registrata, u wara tghaddi biex taghti s-sentenza skond il-ligi. L-osservanza ta' dan ir-rit, li l-legislatur iqis li hu importanti biex jigu salvagwardati d-drittijiet ta' l-akkuzati, ghandu jirrizulta mill-atti u senjatament mill-verbal ta' l-udjenza li fiha jkun sar l-ezami ta' l-imputat. Nuqqas ta` ottemperanza ma' dawn il-formalitajiet igib in-nullita` tas-sentenza.

Huwa veru li qorti m'ghandhiex, ghal kull haga ta' xejn, tordna pre-sentencing inquiry report, pero` huwa daqstant ukoll veru li s-servizzi, necessarjament limitati, li jista' jipprovdi d-Dipartiment tal-Probation ghandhom jigu utilizzati b'attenzjoni u selettivita`. Ghalhekk il-Qorti m`ghandiex tpoggi lil xi hadd fuq probation minghajr ma jkunu ingabu provi dwar il-htiega ta` dan.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info