Reference: 161/1997/1

Judgement Details


Date
10/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FENECH MARA DOLORES ET vs BORG JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, FTIT UZU JEKWIVALI GHAL NON USO - LOKAZZJONI, NON USO - LOKAZZJONI, NON USO - HLAS TA` LICENZJI - LOKAZZJONI, NON USO - KONSIDERAZZJONIJIET LI JKUNU JRIDU JSIRU MILL-QORTI - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` MAHZEN
Summary
Min ma jaghmilx uzu minn fond mikri ghandu, ma jkunx qed juzah skond id-destinazzjoni tieghu u dan in-non uso jammonta ghall-kambjament fid-destinazzjoni.

Naturalment biex tara liema tibdil sehh fid-destinazzjoni tal-fond minhabba li dan jinzamm maghluq ma jezistix kriterju fiss u dan allurajigi determinat f'kull kaz in ispecie, mehud in konsiderazzjoni c-cirkostanzi partikolari tal-kaz.

L-uzu ta' fond fuq skala minima u ridotta, meta mqabbel mal-potenzjal taghha, jekwivali ghal 'non uso'.

Anke jekk l-intimat kien jiftah il-fond ghal perijodi qosra, xorta jibqa' l-fatt lima kienx qed juza l-fond kif suppost u dan iwassal ghall-izgumbrament tieghu.

Ghandu jigi notat illi s-sid ghandu bhala regola kull interess li jara li l-fond lokat jigi uzat ghax, kif hu risaput, bin-nuqqas ta' uzu issir ukoll hsara strutturali rilevanti lill-fond minhabba t-telqa u nuqqasta' manutenzjoni.

Lanqas imbaghad ma jista' jkollok il-presuppost ta' uzu bil-fatt biss tat-tigdid tal-licenzja. Intqal fir-rigward illi t-tigdid tal-licenzja "mhux fih innifsu sufficjenti biexjeghleb ir-realta' u l-verita' tal-fatti". Il-fatt tal-hlas tal-licenzja 'ut sic' la tipprova l-uzuu lanqas in-"non-uzu" tal-fond ghalkemm tista' f'certi cirkostanzi tikkostitwixxi element ta' provakorroboratrici f'dan ir-rigward.

Ma jezisti l-ebda kriterju fiss li jistabilixxi meta hu gustifikat li jista' jinghad li fond ma baqax jigi attivat jew uzat. Dan ghaliex kollox jiddependi mic-cirkostanzi partikolari, skond in-natura ta' l-attivita' kummercjali gestita mill-fond, ir-raguni ghaliex fond ma jkunx baqa' jigi utilizzat b'mod frekwenti u fatturi ohra essenzjali. Ic-cirkostanzijvarjaw minn kaz ghal kaz, u ma hemm xejn determinanti jew assolut.

Ma jidherx li l-ligi tikkontempla bhala "mahzen" protett minnha bhala "hanut" kwalunkwe fond fejn wiehed jerfa' xi affarijiet, ikunu x'ikunu, imma aktarx fondi fejn jinhaznu "wares" jew "goods" konnessi man-negozju".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info