Referenza: 2153/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
MIZZI JOSEPH vs ZAMMIT JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIKKOORDINA S-SEWQAN TIEGHU MAT-TRAFFIKU L-IEHOR - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, EMERGENZA SUBITANEA - KOLLIZJONI, META TRAFFIC LIGHTS MA JKUNUX QED JAHDMU - KOLLIZJONI, PROPER LOOKOUT - KOLLIZJONI, REAZZJONI TAS-SEWWIEQ L-IEHOR - KOLLIZJONI, RELEVANZA TAR-REGOLI STRADALI
Fil-Qosor
Meta traffic lights ma jkunux qed jahdmu japplikaw ir-regoli generali li s-sewwieq li jkun ghaddej mit-triq principali ghandu d-dritta.

Wiehed irid jhares dejjem lejn l-principji fuq stabbilitidwar id-dritta tat-triq u ghar-regolamenti tat-traffiku u ghalkemm tali regoli ma humiex ligi, xorta huma indizzjali ghall-sewqan prudenti, li l-ewwel konsiderazzjoni taghhom mhux li jistabbilixxu dritta, izda sabiex tigi stabbilita ordni fis-sewqan, bazilari ghal certu grad ta' sikurezza fuq it-toroq taghna, u din il-Qorti thoss li f'dan il-kaz ghandha tapplika l-istess regola, u l-gurisprudenzafuq indikata tattribwixxi grad ta' responsabblita' ferm ikbar fuq il-konvenut li kien qed jikser il-flow of traffic, anke ghaliex il-konsistenza tar-regoli fis-sewqan, bhal konsistenza f'kull haga ohra, jghinu sabiex l-istess utenti tat-toroq jkunu jistghu ahjar jirregolaw ruhhom, u b'hekk jigu evitati aktar sinistri. Dan ma jidderogax mill-principju li kull kaz jigi deciz fuq il-mertu u il-fattispecie tieghu, pero' r-regoli tas-sewqan dejjem qeghdin hemm, kif ukoll l-eccezzjonijiet ghall-istess regoli, liema eccezzjonijiet jigu biss applikati f'kazijiet specifici u determinati.

Huwa dover ta` kull sewwieq li jzomm a proper look out u ma jistax jehles minn dan l-obbligu billi jistrieh fuq sinjal li jkun ghamillu sewwieq iehor.

Sewwieq li johrog minn triq sekondarja u johloqemergenza subitanea lill-utent tat-triq principali ma jistax jiskolpa ruhu billi jghid li l-utent tat-triq principali ghandu xi forma ta` responsabilita` ghax ma rnexxielux jevita l-incident.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni