Referenza: 295/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/01/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
BIANCO CAROLINE vs EBEJER RITA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CAUTIO IURATORIA, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
L-Artikolu 904(1) tal-Kap. 12 jipprovdi li appellant jista' jinghata l-beneficcju tal-garanzija bil-gurament ".meta huwa juri prima facie li ghandu probabilis causa litigandi, u jahlef li ma rnexxiluxigib dik il-garanzija mehtiega skond il-ligi." Il-ligi, ghalhekk, tirrikjedi zewg affarijiet sabiexdin il-Qorti tkun tista' tammetti lil dak li jkun ghall-beneficcju in dizamina: (1) irid juri li prima facie ghandu probabilis causa litigandi u (2) irid jahlef li ma rnexxilux igib il-garanzija stabbilita mir-Registratur.

Kwantu ghat-tieni rekwizit (li normalment jigi kronologikament ezaminat l-ewwel minhabba li l-allegat nuqqas ta' mezzi huwa l-bazi tat-talba kollha), il-gurament ta' min jitlob il-beneficcju tal-cautio juratoria huwa, s'intendi, suggett ghall-iskrutinju tal-Qorti. Qatt ma kienet certament l-intenzjoni tal-legislatur li ghax persuna semplicement tghid, taht gurament,li ma rnexxilhiex iggib il-garanzija allura l-Qorti trid taccetta a bocca baciata dik l-affermazzjoni. Huwa proprju ghalhekk li l-appellant li jitlob tali beneficcju jixhed u jigi ezaminat viva vocefil-qorti u jsirulu kemm mill-kontro-parti kif ukoll, jekk ikun il-kaz, mill-Qorti il-mistoqsijiet opportuni. Il-ligi tirrikjedi li r-rikorrent jaghmel il-prova, a sodisfazzjoni tal-Qorti, li hu ".marnexxilux igib.il-garanzija." (sottolinear tal-Qorti), mhux semplicement li ma gabx il-garanzija ("he was unable to raise such security." fit-test Ingliz, u mhux ".did not raise such security.") Ir-rikorrent, ghalhekk, irid jissodisfa lill-Qorti, imqar fuq bazi ta' probabbilita`, mhux semplicementli hu ma kellux f'idejh is-somma mehtiega biex jiddepozita l-kawtela izda li ma kienx ragjonevolmentmistenni minnu, tenut kont tal-mezzi tieghu u tal-ammont tal-kawtela, li jghaqqad flimkien dik is-somma. S'intendi, aktar ma s-somma tal-garanzija tkun zghira aktar hu mistenni li dak li jkun jaghmelftit ta' sforz biex jghaqqad dik is-somma. Fi kliem iehor, l-Artikolu 904 qieghed hemm mhux sabiexfuq l-icken pretest dak li jkun ma jiddepozitax il-kawtela, izda qieghed hemm biex f'kazijiet verament genwini fejn l-appellant, minkejja l-isforzi ragjonevoli tieghu, ma jkunx irnexxielu igib is-somma mehtiega, huwa jkun jista' xorta wahda jipprevalixxi ruhu mid-dritt ta' appell biex il-kaz tieghujigi ezaminat minn din il-Qorti ta' revizjoni.

Il-fatt li persuna ma tkunx ipprocediet bil-beneficcju ta' l-ghajnuna legali fl-ewwel istanza ma jfissirx li fi stadju ta' appell ma jkunx applikabbli l-Artikolu 904.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni