Referenza: 2325/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
FEEDSTUFF COMPOUND COMPANY LIMITED vs CATIMPEX LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, HSARAT F` FOND ADJACENTI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` L-OKKUPANT GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI
Fil-Qosor
L-artikolu 1041 tal-Kodici Civili jiddisponi espressament li "Is-sid ta' bini jwiegeb ghal hsara lissir mit-tigrif tal-bini, meta dan it-tigrif jigri minhabba nuqqas ta' tiswijiet, jew minhabba xi difett fix-xoghol tal-bini, izda dan kemm-il darba s-sid kien jaf b'dak id-difett, jew kellu raguni jahseb li dak id-difett kien jezisti." Dan l-artikolu tal-Kodici Civili jistabilixxi, b'mod succint upreciz, l-posizzjoni legali ta' sid fond vis-à-vis terzi danneggati bit-tigrif ta' dak il-fond. Ir-responsabbilita' li tohrog minn dan l-artikolu ma ghandha x'taqsam xejn ma relazzjonijiet kuntrattwali bejn sidien ta' fondi differenti. In fatti l-istess kliem tal-ligi jimponu obbligu ta' risarcimentta' danni mhux biss minhabba l-fatt tat-tigrif, izda, u aktar importanti, li dak it-tigrif sehh bhala rizultat ta' negligenza jew nuqqas da parti ta' sid il-fond li jaghmel tajjeb ghad-difetti li huwa kien jaf, jew kien mistenni li jkun jaf li jezistu.


Apparti r-responsabilita` tas-sidtezisti wkoll ir-responsabilita` ta` terzi persuni taht il-principji generali li jirregolaw ir-responsabilita` ex delictu vel quasi delictu u ghalhekk okkupant ta` fond jista` jinsab responsabbli flimkien mas-sid ghal danni kagunati f`fond adjacenti.

Jekk ir-responsabilita` ta` kull wiehed minnhom ma tkunx tista` tigi determinata ghandha tapplika s-solidarjeta`.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni