Reference: 8/1999/1

Judgement Details


Date
16/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GRIMA PHILIP vs CAUCHI LOUIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, INAZZJONI DA PARTI TA` SID IL-KERA LI JKUN JAF LI SAR TIBDIL FL-UZU TAL-FOND - LOKAZZJONI, META JIDHER MINN BARRA LI FOND MA TKUNX QED ISSIRLU MANUTENSJONI - LOKAZZJONI, META SID IL-KERA MA JHALLIX LILL-INKWILIN IGAWDI L-FOND MIKRI LILU - LOKAZZJONI, NON USO - LOKAZZJONI, NUQQAS TA` MANUTENSJONI IRID IKUN TALI LI JIPPROVOKA HSARA HAFNA U KONSIDEREVOLI FIL-FOND
Summary
Ma ghandux ikun dubitat il-principju, ormai ben saldat fil-gurisprudenza taghna, illi l-gheluq ghalzmien twil ta' fond, partikolarment wiehed adebit ghal kummerc, jikkostitwixxi tibdil fid-destinazzjoni tieghu. Dan minhabba l-potenzjalita' tal-hsara.

Dan il-principju jrid jigi osservat u mhares. Pero' l-principju ma huwiex wiehed assolut u ma joperax awtomatikament izda f'kull kaz ghandhom jitqiesu c-cirkostanzi partikolari tieghu. Hekk il-principju ma japplikax meta jkun hemm xi gustifikazzjoni xierqa.

Jekk sid il-kera jispossessa lill-inkwilin mill-fond lokat, ma jistax umbaghad ifittex l-izgumbrament tieghu minhabba non uso jew deterjorazzjoni.

L-inazzjoni da parti tas-sid ghal tul ta' zmien, bil-konsapevolezza tat-tibdil li kien sar fl-uzu tal-fond, tikkostitwixxi akkwiexxenza jew ghall-anqas tolleranza.

Ikun aderixxa anke tacitament ghal dak l-uzu u ma jistax jallega kontra l-inkwilin uzu divers. Hawn min jirritjeni wkoll illi hu jista' jitqies fic-cirkostanzi kongruwi li jkunu irrinunzja ghall-prosegwiment ta' dak id-dritt.

Il-fatt li fond minn barra jidher li ma ssirlux manutenzjoni, ma jekwivalix ghal deterjorazzjoni ai termini tal-Kap 69.

Sid il-kera ghandu dejjem ir-rimedji ordinarji fil-kors tal-lokazzjoni prevvisti mill-Kodici Civili jekk jidhirlu mehtieg li jagixxi kontra l-inkwilin tieghu biex jaghmel il-manutenzjoninecessarja. Izda ma jistax jippretendi li jitlob is-sanzjoni estrema taht il-ligi specjali meta l-materja ma tinkwadrax ruhha taht l-espressjoni "hsara konsiderevoli".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info