Reference: 105/1993/1

Judgement Details


Date
09/12/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF STAFRACE DR SIMON NOMINE vs MIFSUD ADRIAN ET NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, MERKANZIJA IMPORTATA - DANNI, NECESSITA` TA` SURROGA SABIEX JIGU RKUPRATI SURVEY FEES IMHALLSA - DANNI, SURVEY FEES - GATE PASS OUT, ATTENDIBILITA` TA` - GATE PASS OUT, VALUR PROBATORJU TA` - IMGHAX, JIBDA JIDDEKORRI MIN-NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI META L-AMMONT MITLUB HUWA LIKWIDAT - REGOLAMENTI TAL-PORT, EZENZJONI MINN RESPONSABILITA` - REGOLAMENTI TAL-PORT, FRAZI DEJJEM A RISKJU BISS TAS-SID - TALLY SHEET, ATTENDIBILITA` TA` - TALLY SHEET, VALUR PROBATORJU TA`
Summary
F`kawza fejn jigu reklamati danni f'merkanzija importata f'Malta permezz tat-trasport bil-bahar, jinvolvu essenzjalment tliet partijiet: (I) l-importatur jew ricevetur (II) il-vettural jew trasportatur u (III) l-kuntrattur portwali. Jinvolvu wkoll l-esebizzjoni u l-ezami ta' dokumenti partikolari,il-portata guridika taghhom, u l-effett taghhom ghal fattispecje singolari f'kull kaz.

It-tally sheet u l-gate pass out, ghandhom jitqiesu bhala decizivi u li jorbtu l-partijiet kollha fil-kawza, li ghandhom l-opportunita`, f'waqtha, 'a tempo vergine', li jikkontrollaw u jipprecizaw ir-registrazzjoni ta' l-istat ta' fatt.

Dawn id-dokumenti kienu jikkostitwixxu prova li joholqu presunzjoni 'juris tantum' tal-korrettezza tal-kontenut taghhom sakemm ma jkunx hemm provi ohra serji u precizi li jindikaw il-kuntrarju.

Jibqa' l-fatt pero` li meta c-cirkostanzi jkunu tali li l-Qorti tkun konvinta li ma kienux jirriflettu r-realta ghax ikunu zmentiti minn provi ohra fil-process il-Qorti ghandha tiskartahom.

Il-fatt li l-merkanzija hija meqjusa bhala units ma jfissirx lil-kuntrattur portwali jista` bis-sahha ta` l-ezenzjoni moghtija mill-Port Ordinance u r-Regolamentital-Port impunement jikkonsenja vetturi zarmati mill-accessorji taghhom meta jirrizulta li hija tkunircevithom bl-accessorji soliti taghhom.

Il-kuntrattur portwali, qua depozitarju kellu l-obbligu li fil-kustodja tal-kariku taht depozitu jiehu hsieb daqs kemm jiehu fil-kustodja ta' hwjegu (Artikolu 1899, Kodici Civili). Ragonevolment ghalhekk kien mistenni li jhares l-istess kariku minn kull hsara li jista' jigrilu u certament il-frazi "at the sole risk of the owner" ma tistax tigi estiza sabiex tehles lid-depozitarju mill-obbligi tieghu.

Huwa formalizmu esagerat li jigu esklusi s-survey fees fuq il-bazi li dawn m'humiex spejjez ta' l-assigurat meta dawn effettivament huma spiza necessarja u accessorja nkorsa biex jigu stabbiliti d-danni.

Imghaxijiet fuq somma likwidata jibdew jiddekorru mid-data tan-notifika tac-citazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info