Reference: 315/1998/1

Judgement Details


Date
09/12/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA STEPHEN vs FALZON GEORGE PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN - CITAZZJONI, MA TISTAX TIKKONTJENI AZZJONI POSSESSORJA U AZZJONI PETITORJA FLIMKIEN
Summary
L-elementi mehtiega biex tirnexxi l-azzjoni ta' spoll privileggjat huma l-pussess da parti ta' l-ispoljat, l-ispoll ta' dak il-pussess, vjolent jew klandestin, da parti ta' l-ispoljant, u d-deduzzjonital-gudizzju ta' l-azzjoni da parti ta' l-ispoljat fi zmien xahrejn minn meta jkun gie kommess l-ispoll.

Spoll vjolent huwa kwalsiasi att arbitrarju li jsir bil-forza privata kontra l-volonta`ta' l-ispoljat; u l-att ikun arbitrarju mhux biss meta jikkostitwixxi reat skond il-ligi, izda ankimeta jigi kompjut arbitrarjament u kontra l-volonta` tal-pussessur, b'mod li jista' jaghti lok ghall-azzjoni ta' danni kontra min ikun ghamel dak l-att.

Sabiex jigi sodisfatt ir-rekwizit tal-vjolenza ma hemmx bzonn il-vis atrox, cioe` xi vjolenza fizika jew morali fuq il-persuna tal-possessur, imma bizzejjed vjolenza fuq il-haga; liema vjolenza tavvera ruhha jekk l-opera spoljatrici tkun saret kontra l-kunsens tas-sid.

Il-perijodu ta` dekadenza ta` xaharejn hu perjodu ta' dekadenza li jibda jiddekorri mid-data tal-kommissjoni ta' l-att spoljattiv u mhux a die scientiae.

Mhux possibbli li azzjoni petitorja u azzjoni possessorja jigu riuniti fl-istess citazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info