Reference: 230/2002

Judgement Details


Date
06/12/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA (SPT.A.CASSAR/ N.XUEREB) vs MOKHTAR TAWFEG ABOBAKER M
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMMIGRAZZJONI, META L-IMPUTAT JIZZEWWEG WARA L-KOMMISSJONI TAR-REAT - IMMIGRAZZJONI, ORDNI TA` TNEHHIJA
Summary
L-Artikolu 14 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni jistabilixxi li persuna (li ghaliha jkunu japplikaw id-disposizzjonijiet tat-Taqsima III) li tinzel l-art jew tkun Malta minghajr permess ghal residenza uminghajr permess minghad l-Ufficjal Principali ta' l-Immigrazzjoni tkun hatja ta' reat, u meta tinsab hekk hatja mill-Qorti tal-Magistrati, tehel il-piena aktar 'l fuq imsemmija f'din is-sentenza. Is-subartikolu (2), imbghad, jipprovdi, fil-parti principali tieghu, testwalment hekk:

"L-imsemmija qorti ghandha tohrog kontra kull persuna li tkun misjuba hatja ta' reat skond is-subartikolu ta'qabel dan ordni ta' tnehhija u, wara li jkun sar dak l-ordni, dik il-persuna tinzamm taht kustodjasakemm titnehha minn Malta..."

L-Artikolu 19 jipprovdi dwar kif jigi ezegwit ordni ta' tnehhija, u cioe` billi l-persuna li ghaliha jkun jirreferi l-ordni "tittiehed barra minn Malta". Dan l-ordni ta' tnehhija, li hu tassattiv, hu parti mill-piena ghar-reat kontemplat fl-Artikolu 14(1).

Bdil fic-cirkostanzi ta` l-imputata wara l-kommissjoni tar-reat (e.g. zwieg ma' mara Maltija) ma jezentahx milli jitkecca minn Malta.

Tibdil fic-cirkostanzi personali jista' jittiehed in konsiderazzjoni ghall-finijiet ta' mitigazzjoni fil-piena; pero` l-ordni ta' tnehhija huwa tassattiv: id-disposizzjoni relattiva tghid li l-Qorti "ghandha tohrog" u mhux "tista' tohrog".

S'intendi,wara li tigi esegwita s-sentenza tal-Qorti u l-appellant jittiehed barra minn Malta, jekk huwa jerga' jigi biex jidhol Malta japplikaw rebus sic stantibus dawk id-disposizzjonijiet tal-ligi li japplikaw ghal persuni ezenti, b'mod ghalhekk li d-disposizzjonijiet tat-Taqsima III (inkluz l-Artikolu 24) ma jkunux japplikaw ghalih.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info