Reference: 608/2001/1

Judgement Details


Date
22/11/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ELMO INSURANCE AGENCY LIMITED NOE vs VELLA CLARK CARMEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIRREGOLA S-SEWQAN TIEGHU SKOND IL-KONDIZZJONIJIET U C-CIRKOSTANZI LI JKUN JINSAB FIHOM - KOLLIZJONI, META MA JKUNX JISTA` JIGI STABILIT TA` MIN KIENET IR-RESPONSABILITA` GHAL
Summary
F'materja ta' sewqan huma r-regolamenti maghrufa u t-tharis u l-ksur taghhom li jiddeterminaw ir-responsabilita' u mhux gudizzju approssimattiv jew addirittura gudizzju bazat fuq l-ekwita'. Dan l-argoment huwa in linea ta' massima generali korrett.

Madanakollu wiehed ma japplikax dawk ir-regolamenti b'mod inflessibbli ghal kull xorta ta' lokalita". Dan in ragun ghall-fatt illi jezistu lokalitajiet "li fihom ma hemmx bzonn li r-regolament jigi osservat "ad unguem".

Ovvjament danma jfissirx illi d-drivers ma ghandhomx iharsu l-principji stabbiliti in materja ta' incidenti tat-traffiku stradali, jigifieri l-obbligu li kull driver jirregola s-sewqan skond il-kondizzjonijiet uc-cirkostanzi li jkun jinsab konfrontat bihom, u l-obbligu li jzomm dak li tissejjah 'a reasonable careful look out', liema obbligu jgib mieghu b'dover li d-driver jara dak li jkun ragonevolment vizibbli.

Huwa ben akkolt fil-gurisprudenza taghna, bhala konsiderazzjoni ta' dritt illi hu mhollidejjem fid-diskrezzjoni tal-Qorti, fejn ikollok htija kontributorja, li tistabilixxi l-proporzjon li fiha l-partijiet ikunu kkagonaw id-dannu. Ma tezisti l-ebda regola prestabilita mil-ligi stess litistabilixxi l-proporzjon ghan-nofs jew xi frazzjoni ohra. Kollox f'kull kaz jiddependi mic-cirkostanzi partikolari tieghu.

B'danakollu tibqa' valida bhala massima prattika ta' bon sens li meta t-tort ma jkunx jista` jigi apporzjonat b`certezza r-responsablita` tigi spartita nofs bin-nofs.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info