Reference: 806/1992/1

Judgement Details


Date
21/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AGUIS JOSEPH C vs GALEA DEBONO AV. DR RICHARD NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, DRITT TA` L-IMPJEGAT LI JIKKONTESTA L-MOD KIF INGHATAW PROMOZZJONIJIET - IMPJIEG, FTEHIM KOLLETTIV GHANDU NATURA KONTRATTWALI - IMPJIEG, KWISTJONIJIET LI JOHORGU MINN FTEHIM KOLLETTIV HUMA TA` NATURA KONTRATTWALI - PROVA, META L-ONERU JINQALEB MINN PARTI GHALL-OHRA - PROVA, ONERU TAL-PROVA TA` FATT HUWA MIXHUT FUQ MIN JALLEGAH U MHUX MIN JICHDU
Summary
Ftehim kollettiv ghandu bhala oggett li jistabilixxi l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tax-xoghol ta' l-impjegati u li inoltre ftehim bhal dan jippresupponi dejjem li almenu meta jigi ffirmat, dan ikun maghmul f'isem il-maggoranza (hamsin fil-mija u wiehed) ta' l-impjegati. Ghalhekk ukoll hu meqjus bhala kuntratt, u allura "ghandu jigi rispettat u osservat fit-termini tieghu kif jesprimu l-volonta` taz-zewg kontraenti.

Ma hemmx xi dritt fil-ligi ordinarja ghall-promozzjoni li ghaliha impjegat ikun qed jambixxi. Kellu forsi d-dritt li jistenna li jinghata din il-promozzjoni imma fl-ahhar mill-ahhar jibqa' fid-diskrezzjoni ta' min ihaddem jekk il-promozzjoni tinghatax jew le jew jekkkienx hemm xi cirkostanzi li kienu jimmilitaw negattivament kontra tieghu fl-ghoti ta' dik il-promozzjoni.

F'dawn ic-cirkostanzi l-impjegat jista` biss jikkontesta l-ezercizzju diskrezzjonalita' min ihaddmu jekk jallega u jipprova illi dan kien agixxa b'mod skorrett, abbuziv u illegali.

Materja ta' diskriminazzjoni ma hijiex rizervata biss ghall-investigazzjoni u rettifika mill-organi gudizzjarji kostituzzjonali.

Jekk l-organi l-ohra ikunu, skond il-ligi, jistghu jipprovdurimedju xieraq u adegwat ghal lezjoni, attwali jew mhedda, tal-jedd fundamentali, kien dak ir-rimedju li kellu fl-ewwel lok jigi mfittex u dan qabel kull rikors quddiem l-organi gudizzjarji ta' kompetenza kostituzzjonali.

Issa huwa minnu illi in forza tal-principju tad-Dritt Ruman il-piz tal-prova huwa mixhut fuq min jafferma fatt, u mhux fuq min jinnegah - incumbit probatio ei qui dicat non ei qui negat. B'danakollu spiss jigri wkoll li waqt l-andament tal-kawza l-piz tal-prova jghaddifuq il-parti l-ohra. Dan jigri meta jkun gie stabbilit fatt li juri prima facie li t-tezi ta' l-attur hi sostenuta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info