Referenza: 1981/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BASSIOUSY PASSIOUNY LUCIA vs CHETCUTI DR EDWINA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SEPARAZZJONI PERSONALI, ABBANDUN - SEPARAZZJONI PERSONALI, MARA ARMLA MA TISTAX TITLOB LI TIRREVERTI GHALL-KUNJOM TA` L-EWWEL RAGEL TAGHHA - SEPARAZZJONI PERSONALI, META L-MARA TAGHZEL LI TIRREVERTI GHAL KUNJOM XBUBITHA
Fil-Qosor
Kull wahda mill-partijiet mizzewga tista' wkoll titlob il-firda jekk, ghal sentejn jew izjed, tkun abbandunata mill-ohra, minghajr raguni tajba.

Il-persistenza u l-kontintwita` f`dawn il-kazijiet jaghtu lill-abbandun karattru ingurjuz.

Meta l-hsieb tal-legislatur hu artikolat f'ligi preciza ma jidhirx li hu konsentit li l-kwistjoni tigi rizolta mhux skond id-dettam tal-ligi imma skond l-arbitriju.

Trid tissussisti kontradittorjeta` fiha nnifisha li kapaci tnissel xi dubbju x'effettivament ried il-legislatur, u li per konsegwenza l-gudikant jehtieglu jezamina r-'ratio' jewil-'mens' legis, biex jinterpreta s-sens skond l-intenzjoni tal-legislatur u jaghti dik l-interpretazzjoni li tikkorrispondi ghall-ispirtu nformativ tal-ligi, kif hekk kien il-kaz f'xi decizjonijiet.

L-Artikolu 62 tal-Kap. 16 jipprovdi li l-mara tista' wara s-separazzjoni taghzel li tirreverti ghal kunjom xbubitha. F'kaz ta' separazzjoni konsenswali, ghandha ssir dikjarazzjoni dwar dik l-ghazla fl-att pubbliku ta' separazzjoni, u f'kaz ta' separazzjoni gudizzjarja, il-mara ghandha taghmeldik iddikjarazzjoni b'nota pprezentata fl-atti tal-kawza qabel is-sentenza.

Dan l-artikolu ma jistax jigi estiz sabiex jippermetti lil armla li tkun qed tissepara mit-tieni ragel taghha li tirreverti ghall-kunjom ta` l-ewwel ragel. Hija tista` biss titlob li tkun tista` tirreverti ghal kunjom xbubitha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni