Referenza: 1747/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
BORG JOSEPH vs BARTOLO PETER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LIBELL, IDENTIFIKAZZJONI TA` PERSUNA
Fil-Qosor
Ghall-finijiet ta' libell ma hemmx bzonn li l-persuna ngurjata tigi msemmija b'isimha u dan ghaliexjekk jigi pruvat li l-persuna ngurjata tista ragjonevolment tigi identifikata fil-persuna tal-kwerelant, il-ligi tkun sodisfatta.

L-attur irid jipprova li l-artikolu inkriminat kien jirrigwardah. Il-kriterju huwa dejjem jekk persuna ragjonevoli kienetx ser tifhem li l-kliem kienu jirreferu ghall-attur personalment. Meta l-konsapevolezza tiddependi fuq cirkostanzi specifici li mhux kulhadd ikun jaf bihom, l-attur irid jipprova li l-artikolu gie ippublikat lil persuni li setghu jaghmlu l-konnessjoni identifikatrici. Mhux mehiteg li kulhadd ikun jaf ghal min ikun qed jirreferi l-artikolu;dan f'hafna kazi jkun impossibbli. Pero` jekk numru sostanzjali ta` persuni gharfu lill-attur waqt il-qari ta` l-artikolu l-azzjoni ta` libell tkun wahda fondata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni