Referenza: 1709/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
BUGEJA MARIANNE vs MIFSUD NATHALIE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, NULLITA` MHUX PRONUNZJATA MILL-LIGI TRID TINTALAB PER VIA DI AZIONE U MHUX PER VIA DI ECCEZZIONE - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA VJOLENZA
Fil-Qosor
Biex il-vjolenza morali tikkostitwixxi vizzju tal-kunsens li jwassal ghan-nullita' tal-kuntratt, hemm bzonn li dik il-vjolenza tkun il-kawza determinanti tal-kuntratt u li l-kunsens ikun il-frott tal-vjolenza ezercitata biex jigi ottenut l-kunsens, u mhux biex jigi ottenut skop divers, u trid tkunukoll l-opera tal-persuna li ezercitata biex tottjeni dak il-kunsens.

Biex il-vjolenza morali tammonta ghall- vizzju tal-kunsens hemm bzonn li tkun determinanti, ingusta u gravi u tali li taghmel impressjoni fuq persuna ragonevoli u li tiggenera l-biza li tesponi ingustament lill-persunataghha jew il-gid taghha ghal dannu gravi. Il-kwistjoni jekk hemmx vjolenza hija indagini li hija imhollija interament fil-prudenza tal-gudikant.

Wiehed ghandu jiddistingwi bejn dik li hi nullita' assoluta u nullita' ipso iure, u dik li hi annulabilita,' u hu saput li trattandosi ta' annullabilita' l-istess ma tistax tigi sollevata per via d'eccezzjoni izda b'istanza separata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni