Referenza: 826/1994/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
SAMMUT JOSEPH vs VASSALLO FRANCIS NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMPJIEG, KWISTJONIJIET LI JOHORGU MINN FTEHIM KOLLETTIV HUMA TA` NATURA KONTRATTWALI - IMPJIEG, KWISTJONIJIET TA` NATURA KONTRATTWALI JAQGHU TAHT IL-KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, MHUX KOMPETENTI LI JIEHU KONJIZZJONI TA` KWISTJONIJIET TA` NATURA KONTRATTWALI
Fil-Qosor
Ir-relazzjonijiet guiridici li jemanu minn Ftehim Kollettiv li indubbjament jikkostitwixxu kuntrattbejn il-firmatarji tieghu u cioe' bejn il-Bank u r-rapprezentanti tal-haddiema, kienu relazzjonijietli jemanu ex contractu u bhala tali sindikabbli mill-Qrati ordinarji.

Il-funzjoni tat-Tribunal Industriali hi biex tiddetermina kienx hemm tkeccija ingusta u f'kaz li hekk tiddetermina tordnali l-haddiem jerga' jinghata l-impjieg tieghu jew skond il-kaz jinghata kumpens; mhux kompetenza tat-Tribunal li jidhol biex jiddetermina relazzjonijiet li jemanu ex contractu. Fil-fatt gie deciz li jekk it-Tribunal Inudstrijali tagixxi oltre il-kompetenza taghha, il-Qrati ordinarji ghandhom gurisdizzjoni jisindikaw dak li operat u anke jhassru d-decizjoni.

Kwistjonijiet li johorgu minn kuntratt ma jaqghux fil-kompentenza tat-Tribunal Industrijali, li hi limitata ghal ghoti ta' kumpens f'kaz ta' terminazzjoni ta' impjieg minghajr raguni gusta. Jekk l-impjegat qabel ma gie mkecci, kienintitolat ghal xi beneficcji li ma lahaqx ha, huwa xorta jibqa intitolat ghalihom u l-ordni ghal-hlas tista tinghata biss mill-Qrati ordinarji u mhux mit-Tribunal Industrijali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni