Reference: 121/1990/1

Judgement Details


Date
03/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BORG RENO AV. NOE vs BORG JOSEPH ET PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
FRAUS OMNIA CORRUMPIT - GARANZIJA, DRITT TA` RIVALSA TA` GARANTI SOLIDALI LI JHALLAS ID-DEJN GARANTIT - IMGHAX, IMGHAX KOMPOST - IUS SUPERVENIENS - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, POSIZZJONI QABEL L-EMENDI TAL-1993 - OVERDRAFT FACILITIES, CALL IN - OVERDRAFT FACILITIES, NATURA TA` - PRESKRIZZJONI, EFFETTI TA` KORREZZJONI TAC-CITAZZJONI FUQ L-INTERRUZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI SSEHH BL-ISTITUZZJONI TA` KAWZA - PRESKRIZZJONI, KONT KURRENT - PRESKRIZZJONI, OBBLIGAZZJONI LI TIRRIZULTA MINN ATT PUBBLIKU - PRESKRIZZJONI, OVERDRAFT
Summary
Ir-rekwisit li garanzija bankarja biex torbot lill-komunjoni ta' l-akkwisti, trid tigi ffirmata kemmmir-ragel kif ukoll minn martu giet introdotta fl-1 ta' Dicembru, 1993, minghajr effett retroattiv,b'ligi (Att XXI tal1993) li radikalment biddlet is-sistema ta' l-amministrazzjoni tal-komunjoni ta'l-akkwisti, li, bis-sahha ta' dik il-ligi, giet fdata lill-koppja mizzewga flimkien.

Qabeldin il-ligi, ir-ragel kien jamministra l-komunjoni ta' l-akkwisti wahdu in omagg tal-principji li maritus vivit ut dominus, moritur ut socius u li uxor non est socia sed speratur fare. Il-kontroll tar-ragel fuq il-komunjoni kien assolut, tant li gieli kien jissejah "kap u padrum" tal-komunjoni. Il-proprjeta' parafernali tar-ragel u l-proprjeta' tal-komunjoni kienu konfuzi flimkien, tant li r-ragel, ghal tul il-hajja tal-komunjoni kien jitqies bhala proprjetarju ta' l-oggetti formanti parti l-komunjoni tal-akkwisti.

Bl-att numru XLVI tal-1973, kienet saret emenda li kienet idghajjef ftit il-poter tar-ragel; dan baqa' amministratur komplet u wahdu tal-komunjoni, izda ma setghax aktar jaghti donazzjonijiet minghajr il-kunsens ta' martu. L-ghoti ta' garanzija personali da parti tar-ragel ma gietx, pero, milquta b'dik l-emenda. Dik l-emenda kienet tkopri trasferimenti u l-ghoti ta ipoteka b'mod gratuwiti mhux l-ghoti ta' garanzija personali, li setghet allura, tinghata mir-ragel wahdu kemm b'titolu gratuwiti kif ukoll b'titolu oneruz.

L-artikolu li jipprojbixxi l-kalkolu ta' l-imghaxijiet komposti huwa l-artikolu 1142 tal-Kodici Civili li jimponi c-cirkustanzi ta' kif u meta kreditur jista jitlob l-imghax fuq l-imghaxijiet maghluqa. Dan l-artikolu jrid jinqara mat-tlieta precedenti li flimkien jirregolaw id-danni dovuti meta jkun hemm ksur ta' obbligazzjoni li jkollhabhala oggett "il-hlas ta' somma determinata" ( art. 1139 Kodici Civili). Dawn l-artikoli qed jitkellmu allura fuq obbligazzjoni ta' mutwu, u mhux fuq obbligazzjoni naxxenti minn kuntratt ta' "overdraft". Kuntratt ta' "overdraft" ma jittrattax obbligazzjoni ta' "somma determinata", tant hu hekk fil-gurisprudenza lokali gie osservat li kuntratt li bih Bank jikkoncedi facilita' lill-klijent mhix titolu ezekuttiv, izda jehtieg dejjem li jkun hemm sentenza li tikkanonizza l-kreditu qabel ma' l-Bank ikun jista' jiehu proceduri ezekuttivi fir-rigward.

Kwindi, ma tistax tghid li l-artikolu 1142 tal-Kodici Civili japplika meta l-Bank jikkoncedi fakolta' ta' "overdraft", li hu negozju kummercjali distint mill-mutwu u mhux regolat fil-Kodici Civili.

Din il-koncessjoni tibqa' topera però, f'kaz li jibqa jopera l-overdraft facility, ghax meta il-kont kurrent jigi terminat, l-imghax irid jigi kalkolat bis-sistema normali stabbilit fil-Kodici Civili. Dan isehh ghax darba li l-facilita' tigi terminata, is-somma dovuta tigi determinata, u bhal obbligazzjoni li ghandha bhala oggett taghha il-hlas ta' somma determinata, ma jistax jintalghab imghax fuq imghax jekk mhux kif kontemplatfl-artikolu 1142 tal-Kodici Civili.

Meta l-Bank jieqaf milli jkompli jonora c-cekkijiet li johrog il-klijent, dan ifisser it-tmiem tal-facilità.

Il-principju jus superveniens firmat actionem et exceptionem ghandu jigi applikat f'kull kaz li l-bazi ta' l-azzjoni tavvera ruhha fil-mori tal-kawza, u mhux necessarjament biss meta t-talba tkun soggetta ghal xi kundizzjoni li tavvera ruhhafil-mori.

Il-preskrizzjoni f'kaz ta' kont kurrent jibda jiddekorri minn meta l-apertura ta'kreditu tinghalaq u dan peress li kont kurrent huwa sors ta' relazzjoni kontinwa ghal tul iz-zmien kollu li dan ikun in operazzjoni. Il-preskrizzjoni applikazzjoni f'kaz ta' kont kurrent mhux dik ta'hames snin, izda ta' tletin sena.

L-istess jista' jinghad ghal kaz ta' self li, f'dan il-kaz,jirrizulta minn kuntratt pubbliku. L-artikolu 2156(f) jistipula terminu ta' hames snin ghal kull obbligazzjoni kummercjali, sakemm dik l-obbligazzjoni ma tkunx tirrizulta minn kuntratt pubbliku.

Il-prezentazzjoni biss ta' kawza kontra debitur, hu bizzejjed ghall-interruzzjoni tal-preskrizzjoni, indipendentement minn notifika taghha, jekk, bil-korrezzjoni li tkun awtorizzata, il-kawza "tibqa' l-istess", in-notifika mill-gdid ma taghmilx differenza ghall-preskrizzjoni li tibqa' interrottabil-ftuh tal-kawza.

Id-dritt ta' rivalsa tal-garanti li jhallas, ikun ezercitabbli fil-konfront tad-debitur principali li ha vantagg mid-dejn, u mhux fil-konfront tal-garanti l-ohra (hlief ghal kaz ta' insolvenza fejn japplikaw regoli ohra).

Min jagixxi bi frode ma jista qatt jinhebawara l-"corporate veil" tas-socjetajiet tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info