Referenza: 419/2014

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/03/2019
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CASHA GODFREY
ECLI
ECLI:MT:AKI:2019:115855
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RAGION FATTASI, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
L-Artikolu 85 tal-Kodici Kriminali hu intiz mhux biex jipprotegi l-proprjeta`, mobbli jew immobbli,ta' dak li jkun - ghal tali protezzjoni hemm l-azzjoni civili - izda biex jipprevjeni l-uzurpazzjonimill-privat tas-setghat ta' l-awtorita` pubblika. Isegwi ghalhekk li, indipendentement mill-protezzjoni moghtija permezz ta' l-azzjoni jew azzjonijiet civili, jekk jirrizulta bhala fatt li kien hemml-uzurpazzjoni ravvizata fl-imsemmi Artikolu 85, il- Qrati ta' Gustizzja Kriminali ghandhom jagixxutempestivament biex jirristabilixxu l-ordni pubblika permezz tas-sanzjoni penali.
Il-Qrati ta' Gustizzja Kriminali ghandhom addirittura s-setgha li jiddeterminaw kwistjonijiet civili incidentali ghar-risoluzzjoni tal-vertenza penali.
Illi l-elementi tar-reat in dizamina huma:
(1) att esterni li jispolja lil xi hadd iehor minn haga li jkun qieghed igawdi, liema att ikun ezegwit kontra l-opposizzjoni, espressa jew presunta, ta' dan il-hadd iehor (2) il-kredenza li l-att qieghed isir b'ezercizzju ta' dritt;
(3) il-koxjenza fl-agent li hu qieghed jaghmel 'di privato braccio' dak lijmissu jsir per mezz ta' l-awtorita' pubblika;

(4) in-nuqqas ta' titolu li jirrendi l-fattaktar gravi.
F'dan il-kaz irrizulta li l-azzjoni kienet preskritta bid-dekors ta' sentejn mill-att inkriminanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni