Reference: 161/2001/2

Judgement Details


Date
29/07/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA (SUPT.P.ABELA/A.FARRUGIA MAM vs ZAMMIT CARMEL SIVE CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PIENA, TAHT IL-MINIMU
Summary
Filwaqt li huwa minnu li jekk ma jissemmewx fis-sentenza r-ragunijiet specjali u straordinarji ghandu jitqies li ma jkunx gie applikat l-Artikolu 21 tal-Kodici Kriminali (Piena taht il-Minimu Stabilit), mill-banda l-ohra mhux kull ma l-ewwel qorti tipprospetta fis-sentenza taghha bhala ragunijiet specjali u straordinarji ghandhom necessarjament jigu accettati mill-Qorti ta' l-Appell Kriminali bhala tali. Ir-ragunijiet specjali u straordinarji migjuba fis-sentenza appellata huma sindakabbli mill-Qorti ta` l-Appell ghall-finijiet ta' appell taht l-Artikolu 413(1)(b)(iii) tal-Kodici Kriminali.

Huwa proprju ghall-finijiet ta' tali sindakabilita` li l-istess Artikolu 21 jipprovdi li dawnir-ragunijiet specjali u straordinarji ghandhom "jissemmew bir-reqqa kollha fis-sentenza". Kieku kien mod iehor ifisser li l-Qorti Inferjuri tista' ssemmi l-aktar ragunijiet assurdi jew ordinarji u tikkwalifikahom bhala "specjali u straordinarji" u l-Avukat Generali xorta wahda ma jkunx jista' jappella taht l-imsemmi Artikolu 413(1)(b)(iii).

Kull kaz irid jigi ezaminat bir-reqqa u fuq il-meriti tieghu; mhux kull min ghandu jew kellu problema tad-droga u qed jaghmel jew temm b'success programm ta' riabilitazzjoni jikkwalifika ghall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 21. Wiehed irid iqis kollox: in-natura tar-reati u kif dawn effetwaw lill-vittma jew vittmi (jekk kien hemm); x'opportunita` kellu dak li jkun li jibda l-programm qabel ma effettivament bdieh biex b'hekk ma jikkommettix reati ohra; jekk il-fatt li wiehed beda programm ta' riabilitazzjoni (specjalment fil-habs stess) hix semplici manuvra tattika biex dak li jkun jidher helu mal-Qorti ghall-finijiet ta' piena, jew jekk hemmximpenn serju u sostenibbli; u hafna u hafna affarijiet ohra li din il-Qorti ma tarax li tista' telenkahom kollha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info