Reference: 25/2002/1

Judgement Details


Date
28/06/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
ARRIGO NOEL V., CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GAUCI CHARLES MICHAEL vs VELLA ALFRED PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI
Summary
Is-sistema legali taghna hija wahda superjuri ghal dik ta` diversi gurisdizzjonijiet ohra fis-sens illi tipprovdi, bi ftit eccezzjonijiet, ghal dritt tad-doppio ezami. La darba, pero`, il-materja inkontestazzjoni tkun giet ezaminata minn Qorti ohra fi grad ta` Appell il-gustizzja stess tirrekjedili din is-sentenza tghaddi in gudikat u, jekk ikun il-kaz, issir l-ezekuzzjoni taghha. Dan nonostante il-ligi taghna f`cirkostanzi eccezzjonialissimi tipprovdi, permezz ta` l-istitut ta` ritrattazzjoni, ghar-ri ezami tal-kaz biss f`dawk il-kazijiet ikkontemplati fl-Artiklu 811 tal-Kapitlu 12 tal-Ligijiet ta` Malta.

Stante pero` in-natura restrittiva tal-provvediment ta` dan l-istess artiklu u stante illi r-ritrattazzjoni mhix grad ulterjuri ta` Qorti ta` revizjoni, ir-regola hija li “It-talba ghar-ritrattazzjoni ma twaqqafx l-ezekuzzjoni tas-sentenza attakkata” (Artiklu 823 (1) tal-Kap12). Minkejja dan is-sub artiklu pero` is-sub artiklu (2) ta` l-istess artiklu jipprovdi illi wararikors appozitu din il-Qorti tista` tordna t-twaqqif ta` ezekuzzjoni ta` sentenza jekk:
“(a) flimkien mat-talba taghha dik il-parti taghti garanzija tajba ghall-ezekuzzjoni tas-sentenza, jekk ma tigix imhassra, maghduda dik il-garanzija kif imsemmija fis-sub artiklu (10) ta` l-Artiklu 266;
(b)jigi muri ghas-sudisfazzjon tal-Qorti illi l-ezekuzzjoni tas-sentenza aktarx tikkaguna pregudizzjuakbar lil dik il-parti milli t-twaqqif ta` l-ezekuzzjoni tkun tikkaguna lill-parti kuntrarja”.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info