Reference: 99/2017

Judgement Details


Date
26/10/2017
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GRIMA EDWINA
Parties
IL-PULIZIJA vs FORMOSA GODFREY
ECLI
ECLI:MT:AKI:2017:108637
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Meta ufficjal investigattiv ikun qieghed jinvestiga il-kummissjoni ta' reat partikolari, huwa naturali li imbaghad jekk ikollu bizzejjed provi li fil-fehma tieghu jistghu iwasslu ghat-tehid ta' azzjoni kriminali, huwa imbaghad imexxi l-prosekuzzjoni fuq ir-reat li jirrizultalu li allegatament gie kommess minn dik l-investigazzjoni u mhux xi reat iehor li dwaru ma tkunx tmexxiet investigazzjoni u li allura l-persuna suspettata u imbaghad akkuzata ma tkunx qed tistenna li titmexxa prosekuzzjoni kontra tieghu dwar l-istess. Dan ghaliex l-persuna suspettata u investigata ghandha tigi lilha imfissra bl-aktar mod car u solenni in-natura tar-reat li dwaru tkun qed tigi investigata u li bihom tkun tista' tigi akkuzata u mhux imbaghad tigi akkuzata b'reat kompletament estranju ghal tali investigazzjoni. Mhux biss izda illum dawn id-drittijiet fondamentali li tgawdi il-persuna arrestata huma inkorporati fil-ligi penali taghna bit-trasposizzjoni tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info