Reference: 1973/1998/1

Judgement Details


Date
04/07/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BETA BRUSHWARE LIMITED vs MALTA DEVELOPMENT CORPORATION
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET DWAR TOLLERANZA MA JISGHUX JIGU KKUNSIDRATI - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TINGHATA L-ECCEZZJONI LI L-ISPOLL KIEN LEGITTIMU - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN
Summary
L-Azzjoni ta' Spoll imsemmija fl-artikolu 535 tal-Kodici Civili u li ghaliha japplika wkoll l-artikolu 791 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta hija wahda minn erba' azzjonijiet possessorji li l-Kodici Civili taghna jaghraf li jistghu jittiehdu ghall-harsien tal-pussess;

L-ghazla ta' liemaazzjoni tinbeda hija mhollija f'idejn min jaghmel il-kawza, u ladarba min jiftah kawza jfassalha fuq elementi partikolari, mhux imholli lill-Qorti li taghzel x'rimedju iehor messu fittex l-attur.

Huwa stabilit li fl-azzjoni ta' spoll huwa mehtieg jigu ippruvati tliet (3) elementi, u jigifieri (a) il-pussess; (b) it-tehid tieghu b'ghamil tal-imharrek u (c) li l-azzjoni nbdiet fi zmien xahrejn;

Dwar l-ewwel element, huwa mehtieg li jintwera li, fil-waqt li sar l-ghamil ilmentat,l-attur kien fil-pussess imqar materjali jew ta' fatt. Minbarra dan, il-pussess ma ghandux ikun ekwivoku imma fid-dieher, ukoll jekk ikun ghal waqt qasir, u l-Qorti ghandha tillimita ruhha biss biex tqis il-fatt tal-pussess u dak tal-ispoll. Mhux mehtieg li l-pussess li jista' jithares minn azzjoni bhal din ikun wiehed esklussiv.

Kwistjonijiet dwar it-titolu tal-attur ma jistghux jitqajm f`azzjoni ta` spoll. Hija biss f`kaz ta` tolleranza li l-azzjoni tal-ispoll ma taghtix il-protezzjoni taghha. Madanakollu f'azzjoni ta` spoll, il-kwestjoni tat-tolleranza tal-pussess m'ghandhiex normalment tigi meqjusa.

Dwar it-tieni element, huwa mehtieg li jintwera li l-ghamil spoljattivikun wiehed arbitrarju u maghmul kontra r-rieda tal-possessur b'mod li jista' jaghti lok ghal azzjoni ta' danni kontra min ikun wettqu. Huwa wkoll mahsub li l-ghamil irid ikun wiehed vjolenti jew imqar mistur ghall-gharfien tal-persuna li kellha l-pussess.

Gie mfisser ukoll li l-kliem "visaut clam" li jirradikaw dan l-element tal-azzjoni, mhux tabilfors jissarraf f'ghamil ta' tkissir jewqerda ta' oggett mizmum mill-attur jew li fih huwa jgarrab xi hsara fizika, ghaliex huwa bizzejjedli l-ghamil spoljattiv isir kontra r-rieda tieghu jew minghajr ma jithalla jintebah bih. Huwa mehtieg li, bl-ghamil attakkat, min kien fil-pussess ikun tnehha minnu, imqar jekk mhux ghal kollox.

Dwar it-tielet element, il-ligi trid li l-azzjoni ghat-tnehhija tal-effetti tal-ispoll ghandha tinbeda fi zmien xahrejn. Dan iz-zmien huwa meqjus bhala terminu ta' dekadenza. Bhal kull wiehed iehor mill-elementi tal-azzjoni, dan il-fatt ghandu jigi pruvat mill-attur. Izda meta l-kwestjoni taz-zmien tittella' mill-imharrek bis-sahha ta' eccezzjoni, allura l-prova li l-azzjoni ta' spoll privileggat saret barra zmienha taqa' fuq l-istess imharrek, kif jipprovdi l-artikolu 562 tal-Kapitolu 12tal-Ligijiet ta' Malta.

Dwar il-kwestjoni taz-zmien li fiha jmissha ssir il-kawza ghandu jinghad li tinqala' l-problema dwar minn meta ghandu jibda jintghadd it-terminu ta' xahrejn li tiffissal-ligi. Dan jinholoq b'mod partikolari meta l-ghamil spoljattiv ikun sar minn wara dahar il-persuna li kellha l-pussess. Kien hemm kazijiet fejn il-qrati ghamlu distinzjoni bejn meta l-ghamil ta'spoll ikun wiehed li sar darba u fejn l-ghamil ikun att li jippresisti, u ghalhekk inholoq il-hsiebli l-azzjoni tibda jew minn meta l-persuna li ttehdilha l-pussess intebhet bl-ispoll jew meta l-attpersistenti ntemm. Qari xieraq taz-zewg artikoli tal-ligi li jitkellmu dwar l-azzjoni privileggatatal-ispoll (l-artikolu 791 tal-Kap 12 u l-artikolu 535 tal-Kap 16) ma jhallux ghazla ghal dik li ghandha tkun it-tifsira xierqa li jmissha tinghata dwar minn meta ghandu jintghadd iz-zmien ta' xahrejn: dan ghandu jibda jitqies minn dak inhar tal-ispoll.

Biex issehh l-azzjoni tal-ispoll huwamehtieg ukoll li t-tliet elementi msemmija hawn ikunu kollha pruvati li jesistu, b'mod illi jekk jinstab, per ezempju, li l-attur naqas li jressaq l-azzjoni fiz-zmien ta' xahrejn, l-azzjoni taqa' minhabba n-nuqqas ta' wiehed mill-elementi mehtiega minghajr ma jkun hemm bzonn li wiehed jistharreg jekk jikkonkorrux l-elementi l-ohrajn tal-pussess u tal-ghamil li bih il-pussess ikun ittiehed.

Il-kwestjoni dwar min huwa sid tal-ambjenti in kwestjoni ghandu jkollha siwi marginali f'din il-kawza. Dan jinghad ghaliex, bhalma huwa maghruf, l-azzjoni tal-ispoll tista' ssir ukoll kontra s-sid li bl-ghamil tieghu jwettaq l-att spoljattiv. Mill-kliem tal-ligi innifisha, tapplika dan il-principju wkoll fil-qafas ta' relazzjoni bejn kerrej u s-sid tieghu.

Jekk ghandu jinghata tifsir sewwa tal-azzjoni possessorja tal-ispoll mahsuba fl-artikolu 535, din ghandha tigi mfissra kif riedha l-legislatur. Kien ghalhekk li dak l-artikolu suppost jinqara flimkien mal-imsemmi artikolu 791 tal-Kap 12, li jillimita l-ghamla ta' eccezzjonijiet li jistghu jittellghu kontra l-attur ghal dawk strettament ta' natura dilatorja. B'mod partikolari, ghall-azzjoni ta' spoll, l-imharrek ma jistax iwiegeb jew jilqa' billi jghid li l-att tieghu kien wiehed legittimu, ghaliex dik id-difiza tappartienilill-gudizzju petitorju. Ghaldaqstant ukoll, il-mottiv li jkun gieghel jew anima lill-imharrek biexiwettaq l-ghamil li jnaqqas il-pussess ma jiswa xejn biex itaffi jew ixejjen is-sanzjoni li l-azzjoni ta' spoll iggib maghha, jigifieri dik li l-persuna mnehhija mill-pussess ghandha titqieghed luraf'dak il-pussess shih u bla mittiefes qabel kull haga ohra (spoliatus ante omnia restituendus).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info