Referenza: 13/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/06/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
GRECH FRANCIS ET vs BONNICI SALVINA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, MILJORAMENTI MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, MILJORAMENTI PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, MILJORAMENTI TA` NATURA ZGHIRA U INSINIFIKANTI
Fil-Qosor
Huwa pacifiku li kerrej, anke jekk ma jkunx ottjena l-permess tas-sid (haga dejjem desiderabbli immamhux dejjem possibli) jista' jaghmel innovazzjonijiet fil-fond mikri basta li dawn ikunu ta' naturaparzjali u mhux ta' importanza kbira.

Il-Qorti kkunsidrat li dan seta` jinkwadra xoghlijiet,anke dawk ta' natura estensiva, li jinvolvu tibdil strutturali ta' soqfa, ghaliex hadd ma jintraprendi xoghlijiet bhal dawn ghall-gost u pjacir li jkun ghamilhom. Fl-istess waqt, mhux accettabli li l-kerrej addiritura jkompli miexi bl-istess xoghlijiet billi jikkonverti terran f'iehor ta' zewg sulari, meta l-Qrati taghna gustament evolvew il-ligi tal-kera rigward id-doveri tal-kerrej fis-sens litawh il-fakolta' anke li jaghmel ameljoramenti fl-immobbli lokat anke ta' natura straordinarja bhalma hija per ezempju erezzjoni ta' kamra tal-banju li llum hija rekwizit sine qua non f'kull fond ta'abitazzjoni. Huma qatt ma riedu jestendu din il-fakolta' ghal xoghlijiet estensivi u straordinarji li jinvolvu bdil minn terran ghal iehor ta' mezzanin b'zewg sulari. Wiehed imbaghad irid ikollu jimxi b'kawtela meta jigi biex jaghti interpretazzjoni gusta tal-koncessjoni dwar li x-xoghol jista' jsir mill-kerrej purche' l-istess xoghol ikun jista' jigi rimoss fit-terminazzjoni tal-kirja. Din ir-rimozzjoni ma tistax tiddipartixxi, anzi hija marbuta, man-natura u portata tax-xoghlijiet intrapriziFi kliem iehor jekk dawn qatt ma messhom saru, u per konsegwenza jkunu saru bi vjolazzjoni tal-kondizzjonijiet lokatizji, ma jistax jigi accettat li ghax fizikament dawn jistghu jitnehhew allura huma accettabbli. Jekk jigi accettat dan, ikun ifisser allura li kerrej jista' jikkonverti, minghajr ebda xkiel, terran f'binja ta' diversi sulari - fil-kaz taghna l-kerrej eriga sular wiehed - ghaliexfl-ahhar mill-ahhar kull ma jinbena jista' wara kollox jinhatt.

Il-gurisprudenza qatt ma rrikonoxxiet tibdiliet strutturali li jikkonvertu n-natura tal-binja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni