Reference: 77/2002/1

Judgement Details


Date
11/07/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs ABELA JAMES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, META KAROZZA TISPICCA FUQ IN-NAHA L-OHRA TAT-TRIQ - KOLLIZJONI, RES IPSA LOQUITUR - PROVA, PROVA INDIRETTA - PROVA, PROVA INDIZJARJA
Summary
In kwantu d-dottrina tar-"res ipsa loquitur" timporta xi spostament tal-oneru tal-prova, tali dottrina ma tista' qatt issib post fil-kamp penali. In kwantu, pero', b' "res ipsa loquitur" wiehed jifhembiss li l-fatti - inkluzi provi indizjarji - "circumstantial evidence" - ikunu tali li l-gudikant ihossu moralment konvint li jista' jigbed certi konkluzzjonijiet minn dawk il-fatti, allura wiehed m'ghandux jitkellem dwar "res ipsa loquitur" izda dwar dak li fid-dottrina Ingliza jissejhu "presumptions of fact".

F'materja ta' incidenti stradali il-provi indizjarji hafna drabi jista' jkunusiewja ferm u xi drabi jistghu anki ikunu siewja ferm aktar minn dawk okulari li, kulltant jistghu ikunu biss soggettivi u kulltant, u x'aktarx iva milli le, ikunu kuluriti b' dak li jissejjah "espritde voiture". Umbaghad fejn ma jkunx hemm xhieda okulari li jistghu jiddeskrivu jew jispjegaw dak ligara, dawn il-provi indizjarji, jistghu facilment u minghajr bzonn ta' hafna tigbid, jaghtu stampacara tad-dinamika tal-incident. S'intendi, bhal kull prova indiretta ohra, iridu jkunu tali li jwasslu ghal konkluzzjoni univoka u li biha il-gudikant ikun moralment konvint lill hinn minn kull dubjudettat mir-raguni mill-htija jew responsabbilta' kriminali tal-imputat jew akkuzat.

Speed jista' jigi dedott minn brake marks.

Speed jista' jkun eccessiv anki jekk ma jiskorrix il-limiti regolamentari izda jiskorri dawk dettati mill-prudenza u mill-fatturi ambjentali tal-mument.

Il-karozzi ma jmorrux "out of control "bla raguni u meta dan jigri, jew ikun rizultat ta' xi malfunzjonament fil-"controls" tal-vettura jew ghaliex is-sewwieq ma jkunx zamm "within the approved package" tar-"road holding" tal-vettura partikolari li jkun qed isuq jew ghax ikun hemm xi mument ta'dizattenzjoni da parti tad-driver. Kull min ghandu l-icken esperjenza tas-sewqan jaf li bejn karozzau ohra tghaddi differenza kbira kemm tista' tinnegozja liwjiet jew kurvi bi speed. Driver hu tenutli jsuq "within the limits" li tiflah il-car tieghu, zghar u limitati kemm ikunu u jekk il-car tieghu ma ghandhiex "road holding qualities" tajbin f'liwjiet u kurvi, irid isuq bi speed li ma jipprovokax it-telfien tal-kontroll tal-vettura. Jekk ma jaghmilx dan, oltre l-imprudenza ikun qed juri ukollimperizja, u l-imperizja fis-sewqan, bhas-sewqan hazin, hija htija.

Anki jekk jirrizultaw in-nuqqas ta' hsieb, traskuragni, jew nuqqas ta' hila fis-sewqan, l-akkuza kontra l-appellant tissussisti xorta wahda ghax sentenza tista' tigi konfermata anki ghal ragunijiet u motivazzjoni differentiminn dawk li tkun adduciet l-ewwel Qorti fis-sentenza appellata.

Ghalkemm l-akkuzat mhu tenut li jipprova xejn u jista' joqghod sieket di fronti ghall-akkuza u l-provi li tressaq il-prosekuzzjoni, u,jekk igib xi provi, bizzejjed li dawn ikunu jwasslu sal-grad tal-probabbilita', una volta lijittanta jaghti xi spjegazzjoni, irid l-ewwel nett ikun kredibbli, konsistenti u konvincenti sal-grad tal-probabilta' f'dak li jghid.

Kieku kull driver li jkun involut f'incident tat-traffikufejn ma jkunx hemm xhieda okulari, jinheba wara l-iskuza - kulltant genwina u kulltant fazulla - lima jafx jew ma jiftakarx x'gara u il-gudikant ma jatix kaz tal-provi elokwenti li johorgu mix-xenatal-incident, li jkunu jindikaw sewqan minnu innifsu hazin, ikun facli ferm ghal min jikser il-ligiu jkun imprudenti jew bla kont fis-sewqan tieghu li jahrab mir-responsabiltajiet legali tieghu. Ghalhekk hu dover tal-Qorti li tara jekk mill-assjem tal-provi cirkostanzjali jirrizultax b'mod li jkunsodisfatt il-konvinciment morali tal-gudikant sal-grad rikjest fil-process penali tirrizultax htijata' sewqan hazin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info