Reference: 85/2002/1

Judgement Details


Date
11/07/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs AGIUS RENNIE SIVE NAZZARENO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMMIGRAZZJONI, XOGHOL MINGHAJR PERMESS - IMPJEGAT - IMMIGRAZZJONI, XOGHOL MINGHAJR PERMESS - SELF-EMPLOYED - REAT, ZBALL TA` FATT
Summary
Fil-kaz ta' min jimpjega jew jaghti xoghol jew jghin jew jassisti lil xi persuna li ma tkunx ezentibiex tikser xi wahda mill-kondizzjonijiet, biex tinzel l-art u tibqa Malta, inkluza kondizzjonijietmifhuma - fosthom dik li ma ghandhiex tezercita xi professjoni jew xoghol minghajr licenza mill-Ministru, ma hix rikjesta xi intenzjoni specifika li wiehed qed jikser il-ligi jew li l-Prosekuzzjoni trid tipprova li qed jagixxi "xjentement" kif insibu f'diversi ligijiet specjali ohra. Hu bizzejjed lijsir l-att materjali, e.g. l-ghoti ta' xoghol lil persuna mhux ezenti, u li dan isir b'mod volontarju. Anzi il-ligi tghid li fejn fid-difiza taghha xi persuna tallega li l-persuna li tkun impjegat jew tatha ix-xoghol tkun persuna ezenti, l-oneru tal-prova ta' tali ezenzjoni jisposta ruhu fuq min qed jallega dan.

Biex zball ta' fatt ikun skuzanti fil-kaz tad-dritt penali, hemm bzonn li mhuxbiss ikun zball ta' natura essenzjali, imma irid ikun inevitabbli.

L-ewwel haga li principal jew appaltant jew kommitent ta' xoghol li jkun behsiebu jingagga s-servizzi ta' barrani suppost jaghmel, hu li jivverifika jekk dak il-barrani ghandux "work permit" u ghall-liema tip ta' xoghol dakil-"work permit" jirriferi u jekk skadhiex. Dan ikun evidenti biss mill-ezami tal-istess "work permit" u mhux li wiehed jistrieh u joqghod biss fuq il-kelma ta' dak li jkun, li mhux dejjem necessarjament tkun veritiera, ghal ragunijiet ovvji..
F'kaz ta` kuntratt ta` appalt, l-appaltant ma ghanduxl-obbligu li jinnotifika lill-Korporazzjoni ghal Xoghol u Tahrig. Anzi taht ir-Regolament 3 (b) tal-Kap. 343 u cioe' l-Att Dwar is-Servizz ta' Impieg u Tahrig hija l-persuna li tahdem ghal rasha li kellha l-obbligu li tinnotifika lill-Korporazzjoni li bdiet tahdem u taghmel xoghol bi qliegh "wholetime" jew "part time" jew xort' ohra, li mhux kuntratt t' impieg ma xi principal.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info