Referenza: 165/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V., CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
DELICATA VINCENT GEORGENOE vs AWTORITA TA' L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DRITT TA` APPELL MINN DECIZJONIJIET TA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, INTERPRETAZZJONI TA` POLICIES TAL-IPPJANAR - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` DRITT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` FATT
Fil-Qosor
Il-gurisdizzjoni li nghatat lill-Qorti tal-Appell li tissindika l-operat tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar, tikkoncerna biss u esklussivament, kwistjonijiet dwar punti ta' ligi decizi mill-Bord. Ghalhekk, huwa eskluz kull appell fuq kwistjonijiet ta' fatt. U biex appell fuq punt ta' dritt ikun ammissibbli, l-istess punt ta' dritt irid ikun deciz mill-Bord fid-decizjoni tieghu. Fi kliem iehor biex ikun hemm lok ghall-appell quddiem il-Qorti tal-Appell ma jridx ikun hemm fid-decizjoni appellata semplici applikazzjoni ta' ligi ghall-fatti tal-kawza jew semplici enuncjazzjoni ta' xi ligi, izdainvece irid ikun hemm kwistjoni ta' dritt li holqot vertenza jew diskussjoni u li l-Bord ikun applika l-attenzjoni tieghu fuqha billi trattaha debitament u ddefiniha fid-decizjoni li jkun ta.

Fatti u interpretazzjonijiet ta' policies ma jirrisolvux ruhhom f'punti ta' dritt. Il-gurisdizzjonital-Qorti tal-Appell hija limitatissima u certament hija m'ghandhiex is-setgha li tissostitwixxi diskrezzjoni taghha ghad diskrezzjoni tal-Bord fuq dawn il-punti teknici li jikkostitwixxu biss puntita' fatt li ghalhekk ma jidhlux fil-gurisdizzjoni taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni