eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 1379/1999/1
Download
Judgement Details
Date
16/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
ABELA PAUL ET vs BUSIETTA GARDENS MADLIENA LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
ABELA PAUL ET vs BUSIETTA GARDENS MADLIENA LIMITED - 1379/1999/1 - OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
CITAZZJONI, KORREZZJONI TA` - ZIEDA TA` TALBIET
Summary
F'din il-kawza l-atturi fittxu lill-attrici sabiex tittrasferilhom proprjeta` immobbli li kienet giet pattuwita bhala konsiderazzjoni fuq kuntratt ta` appalt.
Irrizulta waqt il-kawza li s-socjeta` konvenuta kienet ittrasferiet l-immobbli in kwistjoni, allura l-atturi talbu korrezzjoni tac-citazzjoni sabiex jizdiedu tliet talbiet intizi sabiex is-socjeta` konvenuta tigi kundannata thallas id-danni.
L-ewwel Qorti qieset li kien hemm xebh bizzejjed bejn dan it-tip ta' kuntratt u l-weghda ta' bejgh biex ikunu jghoddu b'analogija id-dispozizzjonijiet tal-ligi, jew ghall-inqas uhud minnhom, li jirregolaw dak l-istitut, partikolarment l-Art. 1357 tal-Kodici Civili:
1357. (1) Il-weghda ta' bejgh ta' haga bi prezz determinat, jew bi prezz li ghandu jigi stabbilit minn persunawahda jew izjed bhalma jinghad fl-Artikoli ta' qabel dan, ma titqiesx bejgh; izda, jekk tigi accettata, iggib, f'dak li wieghed, l-obbligu li jaghmel il-bejgh, jew, jekk il-bejgh ma jkunx jista' izjed isir, l-obbligu li jhallas id-danni lill-accettant.
L-ewwel Qorti qieset li dan l-Artikolujuri illi t-talba ghall-hlas tad-danni tista' tiehu post it-talba ghat-trasferiment fil-kaz illi t-trasferiment ma jkunx jista' izjed isir; iz-zewg talbiet huma essenzjalment ekwivalenti u ghalhekk laqghet it-talba ta' l-atturi ghall-korrezzjoni billi ma jkun hemm ebda bdil fis-sustanza ta' l-azzjoni.
Il-Qorti ta' l-appell ikkonfermat dan ir-ragunament u qieset li t-talbiet addizzjonali kienu ta' natura kontingenti u konsegwenzjali ghat-talbiet principali; fis-sens li dawn jistghu jiskattaw biss kemm-il darba jezisti impediment biex, f'kaz ta' ezitu favorevoli ghat-talbiet attrici, it-trasferiment ta' l-immobbli jkun jista' tassew isir skond il-ftehim.
Click here to search again.