Reference: Volume 39C (1955), Part No. 1, Section , Page 510

Judgement Details


Date
13/01/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIUSEPPE CASSAR vs FILIPPA GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1407 TAL-KAP. 23 - ATT TA' KONVENJU - PROMESS TA' BEJGH - PROVA - PROVENZJENZA TAL-FONDI - RICERKI - SOSPENSJONI - STAT IPOTEKARJU TAL-VENDITUR - TERMINU
Summary
L-ezistenza ta' debiti ipotekarji tal-vendiru mhix raguni tajba biex tirritarda jew timpedixxi l-ezekuzzjoni ta' promessa ta' bejgh ta' fond da parti tal-kumpratur, meta dawk id-debiti jistghu jithallsu mill-prezz tal-bejgh b'surrogazzjoni tax-xerrej fid-drittijiet tal-kredituri tal-venditur.Lanqasma hija raguni tajba l-alegazzjoni illi l-provenjenza tal-fond mhix cara; imma hemm bzonn li din l-allegazzjoni tigi pruvata, u li x-xerrej juri li l-biza tieghu huwa ragjonevoli u tali li jiggustifikah ma jersaqx ghall-kuntratt definittiv. U l-oneri ta' din il-prova jinkombi fuq min ikun ser jixtri. Huwa veru li t-terminu ta' tliet xhur preskritt mill-ligi jibda jiddikorri minn dak inhar li l-bejgh ikun jista' jsir, imma dan it-terminu ghandu jigi ritenut sospez biss meta mill-konvenzjoni jidher li dik kienet il-fehma tal-kontraenti, u biex jigu superati ostakoli komuni ghaz-zewg kontraenti,u minnhom maghrufin. B'mod li dik is-sospensjoni ma tavverax ruha jekk ix-xerej ma jippruvax l-ezistenza ta' xi ostakolu li legalment jimpedixxi jew jirritarda l-konkluzjoni ital-bejgh; kif lanqas hija raguni tajba ghas-suspensjoni ta' dak it-terminu dik li x-xerrej kellu jaghmel ir-ricerki mehtiegabiex jigu apparati l-provenjenza tal-fond u l-istast ipotekarju tal-venditur, u talvolta ta' l-awturi tieghu, meta dawn ir-ricerki setghu jsiru fiz-zmien ta' tliet xhur kontemplat mill-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment