Reference: Volume 41D (1957), Part No. 2, Section 3, Page 862

Judgement Details


Date
31/01/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MANCHE` ALBERT
Parties
MOSES J. VELLA vs ONOR. DR. GIORGIO BORG OLIVIER NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANNI FIL-FOND REKWIZIZZJONAT - DELEGAT TAL-MINISTRU - DEPOZITU TAC-CWIEVET - LOKAZZJONI - MANDAT - MINISTRU - REKWIZIZZJONI
Summary
Fil-kaz ta' kawza fejn huwa mharrek Ministru tal-Gvern, ma ghandux "locus standi" delegat tal-istessMinistru, li bhala tali huwa mandatarju tal-istess Ministru; u ghalhekk hemm lok li dak id-delegatjigi liberat mid-domanda. Jekk fond li kien rekwizizzjonat jigi mehlus mir-rekwizizzjoni u jigi restitwit lil sidu, u s-sid, jirrifjuta l-konsenja tal-fond ghax jippretendi li fih xi danni, ma tistaxl-awtorita' rekwizizzjonanti tiddepozita c-cwievet rifjutati mis-sid; ghax tibqa' dejjem il-kwistjoni jekk kienx hemm raguni valida biex is-sid jirrifjuta li jaccetta c-cwievet. Sakemm ma jkunx sarl-accertament tal-hsara fil-fond, is-sid hu gustifikat li ma jiehux il-konsenja tal-fond; u ghalhekkl-awtorita' rekwizizzjonanti mhix legittimata tghaddi ghad-depozitu ta' dawk ic-cwievet, u ma tistax tippretendi li s-sid kellu jircievi l-konsenja tal-fond, avvolja bil-hsara, u mbghad ifittex il-Gvern ghad-danni ezistenti, u dan biex ma jkabbarx id-danni billi jhalli l-post mhux mikri sakemm jispicca l-procediment gudizzjarju. Jekk stess is-sid ma jiehux passi gudizzjarji biex isir l-accertament tad-danni, hu obligu tal-awtorita' rekwizizzjonanti li tipprovoka hija stess dan l-accertament tad-danni, u biss wara dan l-accertament tkun legalment gustifikata tghaddi ghad-depozitu tac-cwievet, fil-kaz li s-sid ikompli jirrifjuta c-cwievet. Ghaldaqstant, is-sid huwa ntitolat ghall-kera li tilef fil-perijolu bejn meta l-fond gie derekwizizzjonat u l-jum li fih huwa seta' jirtira c-cwievetli kienu depozitati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment